1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:
2“O bniedem, x’inhu l-ħatab tad-dielja,
aħjar mill-bqija tal-ħatab,
iż-żarġun li hemm fost is-siġar tal-foresta?
3Forsi jieħdu l-injam minnu,
biex jagħmlu minnu xi biċċa xogħol?
Forsi jieħdu minnu xi kavilja għad-dendil?
4Ara, jitfgħuh fin-nar għall-ħruq,
u trufu t-tnejn jikolhom in-nar,
u n-nofs ukoll jinħaraq.
U meta n-nofs ikun maħruq ukoll,
jista’ jiswa għal xi xogħol?
5Ara, meta kien għadu sħiħ,
ma kien jiswa għal ebda xogħol.
Kemm inqas issa, li kielu n-nar u qerdu,
jista’ jsir xogħol minnu?
6Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej:
Bħalma l-ħatab tad-dielja,
fost il-ħatab tal-foresta,
jien nitfgħu fin-nar għall-ħruq,
hekk nitlaq lin-nies ta’ Ġerusalemm.
7Indawwar wiċċi kontrihom;
min-nar ħarġu, u n-nar għad jikkunsmahom.
U tkunu tafu li jien il-Mulej,
meta jien indawwar wiċċi kontrihom.
8U nagħmel ħerba mill-pajjiż
talli kisru l-kelma li taw,”
oraklu tal-Mulej.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.