NUMRI 30 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 30

1U Mosè qal lil ulied Iżrael kulma ordnalu l-Mulej.

Il-wegħdi

2U Mosè kellem lill-prinċpijiet tat-tribujiet ta’ wlied Iżrael u qalilhom: “Dan hu li ordna l-Mulej., m’għandux jonqos minn kelmtu, imma jagħmel skont ma jkun ħareġ minn fommu. bil-wegħdi u l-obbligi li bihom tkun intrabtet, u jħassarhom, dawn ma jkunux jiswew aktar, u l-Mulej jaħfrilha għax missierha jkun ħassrilha.

7Jekk tiżżewweġ bil-wegħdi fuqha jew b’xi kelma bla ħsieb, li biha tkun intrabtet,Lev 5,4.

8u jisma’ żewġha u ma jgħidilha xejn, il-wegħdi u l-obbligi li bihom tkun intrabtet jibqgħu sħaħ.

9Imma meta jisma’ żewġha u jħassrilha l-wegħda li jkollha fuqha u l-kelma bla ħsieb, il-Mulej jaħfrilha.

10Il-wegħda tal-armla u tal-mara mifruda minn żewġha, l-obbligi kollha li jkunu ntrabtu bihom jibqgħu sħaħ.

11“U jekk mara f’dar żewġha tagħmel xi wegħda jew tintrabat b’xi obbligu b’ġurament,

12u jisma’ żewġha u ma jgħid xejn, u ma jħassarhomlhiex, il-wegħda u l-obbligu li tkun intrabtet bihom jibqgħu sħaħ.

13Imma jekk żewġha, meta jisma’ b’kull kelma li tkun ħarġet minn fommha, iħassrilha l-wegħdi u l-obbligi li tkun intrabtet bihom, dawn ma jiswewx aktar. Il-Mulej jaħfrilha, għax żewġha jkun ħassarhomlha.

14“Kull wegħda u kull obbligu b’ġurament li titgħakkes b’xi ħaġa, żewġha jista’ jwettaqhom u żewġha jista’ jħassarhom.

15Imma jekk żewġha ma jgħidilha xejn minn jum għal ieħor, ikun wettaq il-wegħdi kollha tagħha jew l-obbligi kollha li bihom tkun intrabtet; iwettaqhom għax ma jkun qalilha xejn, meta sama’ bihom.

16U jekk iħassarhom wara li jkun sama’ bihom, jitgħabba hu bil-ħtija tagħha.”

17Dawn huma l-kmandamenti li ordnalkom il-Mulej permezz ta’ Mosè bejn ir-raġel u martu, bejn il-missier u bintu, xebba f’dar missierha.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help