1U l-Mulej kellem lil Mosè:.Dt 33,8; 1 Sam 14,41.
9Qegħedlu fuq rasu t-turbant, u fuq it-turbant, fuq quddiem, l-istrixxa tad-deheb u l-kuruna mqaddsa skont l-ordni li ta Alla lil Mosè.
10U Mosè ħa ż-żejt tal-konsagrazzjoni u dilek it-tabernaklu u kulma kien fih u kkonsagrahom.Eż 30,22-26.
11Imbagħad raxx minnu seba’ darbiet fuq l-artal u t-tagħmir kollu tiegħu, il-ħawt u l-maqgħad tiegħu.
12U sawwab iż-żejt tal-konsagrazzjoni fuq ras Aron, u dilku u kkonsagrah.Sir 45,15.
13Imbagħad Mosè ressaq lil ulied Aron u libbishom it-tonka, ħażżimhom bit-terħa, u xiddilhom it-turbant, kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
14Imbagħad ressaq il-gendus tas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, u Aron u wliedu qiegħdu idejhom fuq ras il-gendus.
15U Mosè qatlu, u ħa d-demm, u qiegħed minnu b’sebgħu fuq qrun l-artal, dawramejt, u hekk saffa l-artal; u xerred id-demm f’riġlejn l-artal, u kkonsagrah billi għamel l-espjazzjoni għalih.Lev 4,7; Lhud 9,22.
16Ħa mbagħad ix-xaħam kollu ta’ madwar il-ġewwieni, u t-tebqa tal-fwied, u ż-żewġ kilwiet b’xaħamhom, u ħaraq kollox fuq l-artal.Lev 3,4; 4,8-11.
17U l-gendus u l-ġild tiegħu, laħmu u ħmieġu, ħaraqhom kollha barra mill-kamp, kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
18Ġieb imbagħad il-muntun tas-sagrifiċċju tal-ħruq, u Aron u wliedu qiegħdu idejhom fuq rasu;
19u Mosè qatlu u xerred demmu fuq l-artal dawramejt.
20Imbagħad qattgħu fi bċejjeċ u Mosè ħaraq rasu, il-bċejjeċ u x-xaħam.
21U ħasel il-ġewwieni u s-saqajn bl-ilma; u Mosè ħaraq il-muntun kollu fuq l-artal b’sagrifiċċju tal-ħruq b’riħa tfuħ, vittma maħruqa lill-Mulej, kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
22Imbagħad ġieb it-tieni muntun, il-muntun tal-konsagrazzjoni, u Aron u wliedu qiegħdu idejhom fuq ras il-muntun.
23U Mosè qatlu u ħa minn demmu u qiegħed minnu fuq tarf il-widna l-leminija ta’ Aron u fuq is-saba’ l-kbir ta’ idu l-leminija u fuq is-saba’ l-kbir ta’ siequ l-leminija.Lev 14,14.
24Imbagħad ressaq ukoll lil ulied Aron; u Mosè qiegħed mid-demm fuq tarf widinthom il-leminija, fuq is-saba’ l-kbir ta’ idhom il-leminija, fuq is-saba’ l-kbir ta’ sieqhom il-leminija; u mbagħad xerred id-demm fuq l-artal dawramejt.
25Imbagħad ħa x-xaħam, id-denb u x-xaħam kollu ta’ fuq il-ġewwieni, u t-tebqa tal-fwied, u ż-żewġ kilwiet bix-xaħam tagħhom, u s-sieq il-leminija;
26imbagħad mill-qoffa tal-ħobż ażżmu ta’ quddiem il-Mulej ħa ftira ażżma, ftira oħra tal-ħobż biż-żejt, u oħra rqiqa, u qegħedhom fuq ix-xaħam u fuq is-sieq il-leminija.
27U qiegħed kollox f’idejn Aron u f’idejn uliedu, u xejruhom quddiem il-Mulej.
28U mbagħad Mosè ħadhom minn idejhom, u ħaraqhom fuq l-artal fuq il-vittma tal-ħruq. Dan hu sagrifiċċju tal-konsagrazzjoni, b’riħa tfuħ, sagrifiċċju maħruq lill-Mulej.
29U ħa Mosè s-sidra tal-muntun u xejjirha quddiem il-Mulej. Dan hu sehem Mosè mill-muntun tal-konsagrazzjoni kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
30Mosè ħa wkoll miż-żejt tal-konsagrazzjoni, u mid-demm li kien hemm fuq l-artal, u raxxu fuq Aron u lbiesu, u fuq uliedu u lbieshom, u hekk ikkonsagrahom, lilhom u lil ilbieshom.
31U Mosè qal lil Aron u lil uliedu: “Sajru l-laħam ħdejn bieb it-tinda tal-laqgħa, u hekk kuluh bil-ħobż li hemm fil-qoffa tal-konsagrazzjoni bħalma ordnali l-Mulej u qalli: ‘Jikluh Aron u wliedu.’
32U l-laħam u l-ħobż li jifdal aħraqhom bin-nar.
33U għal sebat ijiem toħorġux mill-bieb tat-tinda tal-laqgħa, sakemm jgħaddu l-jiem tal-konsagrazzjoni tagħkom; għaliex sebat ijiem iddum il-konsagrazzjoni tagħkom.
34Il-Mulej ordna li jsir bħalma sar illum għall-espjazzjoni tagħkom.
35Għal sebat ijiem intom toqogħdu billejl u binhar fil-bieb tat-tinda tal-laqgħa tħarsu l-ordnijiet tal-Mulej, biex ma tmutux; għax hekk ordnali.”
36U Aron u wliedu għamlu kulma ordnalhom il-Mulej permezz ta’ Mosè.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.