1F’xatt ix-xmajjar ta’ Babilonja,
hemm qgħadna bilqiegħda u bkejna,
aħna u niftakru f’Sijon.
2Mas-siġar tal-luq tagħha,
dendilna ċ-ċetri tagħna.
3Għax hemm, dawk li ijassruna,
talbuna ngħannulhom xi għanja;
dawk li hemm għakksuna
stennew minna għana ta’ ferħ:
“Għannulna mill-għana ta’ Sijon.”
4Kif nistgħu ngħannu l-għana tal-Mulej
f’art barranija?
5Tibbiesli idi l-leminija,
jekk qatt ninsa lilek, Ġerusalemm!
6Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi,
jekk ma niftakarx fik,
jekk ma nżommx ’il Ġerusalemm
’il fuq minn kull ferħ tiegħi!
7Ftakar, Mulej, x’qalu wlied Edom
f’jum il-waqgħa ta’ Ġerusalemm,
meta bdew jgħidu: “Ġarrfuha, ġarrfuha
sal-pedamenti tagħha!”
8Ja Belt tal-Babilonja, int għad tinqered!
Hieni min iħallsek għal kulma għamiltilna!
9Hieni min jaħtaflek it-trabi tiegħek
u jsabbathomlok mal-blat!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.