ISAIJA 37 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 37It-telfa ta’ Sanħerib

1Malli s-sultan Ħeżekija sama’ b’dan, ċarrat ilbiesu u nkesa bi xkora, u mar fit-tempju tal-Mulej.

5U l-qaddejja ta’ Ħeżekija marru għand Isaija.

6U Isaija qalilhom: “Dan għidu lil sidkom: ‘Dan jgħid il-Mulej: La tibżax mill-kliem li smajt, li bih il-qaddejja tas-sultan tal-Assirja żebilħuni.

24Bil-messaġġiera tiegħek għajjart lis-Sid,

u għedt: ‘Bil-kotra tal-karrijiet tiegħi

jien tlajt fl-għoli fuq il-muntanji,

fuq il-qċaċet tal-Libanu.

Qaċċatt l-ogħla ċedri tiegħu,

l-isbaħ fost iċ-ċipress tiegħu.

Dħalt fl-ibgħad irkejjen tiegħu,

fil-foresti tiegħu qishom ġonna.

25Jiena ħaffirt u xrobt l-ilma tal-barrani,

jien nixxift b’qiegħ saqajja

l-widien kollha tal-Eġittu.

26Ma smajtx jaqaw li sa minn żmien ilu

dan ħejjejtu jien?

Minn żmien il-qedem jien kont sawwartu,

u issa temmejtu.

Int kellek tagħmel gozz ħerba bliet bis-swar.

27U nieshom bla ħila,

tħawdu u twerwru,

saru bħal ħaxix tar-raba’,

bħal inbiet tari,

bħal ħażiż tal-bjut,

u sbul maħruq mir-riħ tal-Lvant.

28Kull meta inti toqgħod,

jew toħroġ, jonkella tidħol,

u meta tagħdab għalija,

jiena nkun naf.

29Ladarba żżarġant kontrija,

u l-kburija tiegħek waslet f’widnejja,

jiena ngħaddi ħolqti minn imnifsejk,

u lġiemi minn xufftejk,

u rreġġgħek lura fi triqtek

li minnha ġejt.’

30U dan ikun is-sinjal: Din is-sena tiekol milli jinbet waħdu, sena oħra dak li jinbet minn dan, u fit-tielet sena tiżirgħu u taħsdu, u tħawlu d-dwieli u tieklu mill-għelejjel tagħhom.

31U l-fdal li jkun ħeles mid-dar ta’ Ġuda jibqgħu u jxenxlu għeruqhom fil-fond u jagħmlu l-frott fil-wiċċ.

35Jiena nħares din il-belt u nsalvaha

minħabba fija nnifsi,

u minħabba David, il-qaddej tiegħi.’ ”

36U ħareġ l-anġlu tal-Mulej fil-kamp tal-Assiri u qered mija u ħamsa u tmenin elf ruħ. Xħin qamu l-oħrajn filgħodu, hemm isibuhom ilkoll iġsma mejta.

37Imbagħad Sanħerib, sultan tal-Assirja, rafa’ l-kamp u telaq u raġa’ lura u baqa’ f’Ninwè.2 Slat 19,35-36.

38U kif kien mixħut fl-art fit-tempju ta’ Nisrok, alla tiegħu, Adrammelek u Sareser, uliedu, darbuh bix-xabla u ħarbu lejn l-art ta’ Ararat. U saltan minfloku Asarħaddun, ibnu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help