1Li kont nitkellem bl-ilsna tal-bnedmin u tal-anġli bla ma kelli l-imħabba, kont inkun qisni strument tar-ram iżarżar jew platti jċekċku.
2U kieku kelli d-don tal-profezija u kont naf il-misteri kollha u l-għerf kollu,
kieku kelli l-fidi tiegħi sħiħa li nqanqal il-muntanji,
imma ma kellix imħabba, jiena ma kont inkun xejn.
3U kieku kelli nqassam ġidi kollu fil-karità
u nagħti ġismi għall-ħruq
bla ma jkolli mħabba,
xejn ma jkun jiswieli ta’ ġid.
4L-imħabba taf tistabar u tħenn;
l-imħabba mhijiex għajjura, ma tintefaħx
biha nfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn;
5ma tagħmilx dak li mhux xieraq; ma tfittixx dak li hu tagħha,
xejn ma tinkorla; ma żżommx f’qalbha għad-deni,
6ma tifraħx bl-inġustizzja,
imma tifraħ bil-verità;
7kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti.
8L-imħabba ma tintemm qatt.
Jgħibu l-profeziji, jisktu l-ilsna, jgħib l-għerf.
9Għalissa nafu biċċa,
u l-profezija tagħna hi nieqsa;
10imma meta jfeġġ dak li hu sħiħ,
jgħib dak li hu nieqes.
11Meta kont tarbija, kont nitkellem ta’ tarbija,
inħoss ta’ tarbija, naħseb ta’ tarbija.
Meta sirt raġel warrabt dak li hu ta’ tarbija.
12Bħalissa naraw bħallikieku f’mera, imċajpar,
imma mbagħad naraw wiċċ imb wiċċ.
Issa nagħraf biċċa,
imbagħad nagħraf bħalma jien magħruf issa.
13Issa hawn fidi, tama u mħabba, it-tlieta jibqgħu. Il-kbira fosthom l-imħabba.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.