ISAIJA 28 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 28Twiddiba lil Efrajm

1Gwaj għall-kuruna mkabbra tas-sakranazzi ta’ Efrajm,

għaż-żahar midbiel, il-foħrija ta’ sebħu

fuq ras il-wied għammiel,

tal-mitlufin fl-inbid.

2Araw, is-Sid għażel wieħed qawwi u felħan!

Bħal ħalba silġ,

bħal riefnu qerried,

bħal għargħar ta’ ilma, qawwi u qerried,

għad isabbathom mal-art b’kemm għandu saħħa.

3Taħt saqajh jisħaq il-kuruna

tal-kburija tas-sakranazzi ta’ Efrajm.

4U ż-żahar midbiel, il-foħrija ta’ sebħu

li hemm f’ras il-wied għammiel.

Jiġrilu bħal tina bikrija qabel is-sajf:

jaħtafha malli xi ħadd jaraha,

u jiblagħha malli tiġi f’idu.

5Dakinhar ikun il-Mulej tal-eżerċti

kuruna sabiħa u dijadema ta’ ġmiel

għal fdal il-poplu tiegħu;

6spirtu ta’ ġustizzja għal min joqgħod fit-tribunal,

u qawwa għal min jibqa’ jitqabad fil-bieb.

Theddida u wegħda lil Ġerusalemm

8L-imwejjed kollha tqalligħ, ħmieġ kullimkien.

9“Lil min se jgħallem l-għerf,

u lil min se jfiehem il-messaġġ?

Lit-trabi bilkemm maqtugħa minn sider ommhom?

10 Iva: Saw lasaw ; saw lasaw;

kaw lakaw; kaw lakaw;

żegħer sam; żegħer sam.

11Għax b’xufftejn itemtmu, u b’ilsien barrani

jkellem il-Mulej lil dan il-poplu.

12Diġà qalilhom:

“Dan hu l-mistrieħ! Serrħu lill-għajjien!

Dan hu l-faraġ!”

Imma huma ma ridux jisimgħu.

13Din tkun il-kelma tal-Mulej għalihom:

“Saw lasaw; saw lasaw;

kaw lakaw, kaw lakaw;

żegħer sam; żegħer sam.

Biex jimxu u jaqgħu warranijiet

u jitfarrku, jixxebbku, u jinqabdu.

14Għalhekk isimgħu l-kelma tal-Mulej,

nies insolenti,

ħakkiema ta’ dan il-poplu,

hawn f’Ġerusalemm.

15Intom tgħidu: “Aħna għamilna patt mal-mewt,

u ftehim ma’ Art l-Imwiet,

biex meta l-frosta tgħaddi bħall-għargħar

ma tilħaqniex.

Għax għamilna l-gidba l-kenn tagħna,

u l-qerq is-satra tagħna.”

16Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej:

“Jien inqiegħed fis-sod ġebla f’Sijon,

ġebla magħżula u prezzjuża,

ġebla tax-xewka, imsejsa sewwa,

u min jemmen fiha ma jitħarrikx.

17U nagħmel is-sewwa bħala riegla,

u l-ġustizzja bħala nvell.

Is-silġ iġarraf kenn il-gideb,

u għargħar ta’ ilma jġorr il-moħba.

18Il-patt tagħkom mal-mewt jitħassar;

il-ftehim tagħkom ma’ Art l-Imwiet ma jseħħx;

meta tgħaddi l-frosta ssawwat,

tbattikom mgħaffġin fl-art.

19Kull darba li tgħaddi taħtafkom;

għax għodwa wara għodwa tgħaddi,

binhar u billejl,

u ħaġa tal-biża’ tifhem biss il-messaġġ.

20Għax qasir ikun il-friex biex bniedem jimtedd,

u dejjaq l-għata biex jitkebbeb fih.

21Għax bħalma qam fuq il-muntanja ta’ Perasim,

iqum issa l-Mulej.

Bħalma saħan f’wied Gibgħon,

jisħon issa biex itemm għemilu,

għemil waħdani;

biex jagħmel l-opra tiegħu,

l-opra tiegħu misterjuża.

22U issa tkunux aktar insolenti,

li ma jissikkawx aktar il-ktajjen tagħkom.

Għax jien smajt digriet ta’ qerda,

mingħand Sidi l-Mulej tal-eżerċti,

qerda għal fuq kollha kemm hi l-art.

23Agħtu widen u isimgħu leħni;

oqogħdu attenti u isimgħu kliemi.

24Jaqaw il-bidwi jaħrat il-jum kollu,

jikser u jxattab dejjem l-art?

25Jaqaw ma jwittix wiċċ l-art,

u mbagħad jiżra’ l-ħlewwa u jxerred il-kemmun?

U ma jiżrax il-qamħ fir-raddi,

u x-xgħir għalih u l-qamħ selvaġġ fit-truf?

26Alla tiegħu għallmu sewwa u wrieh kif.

27Mhux bix-xatba jidirsu l-ħlewwa,

anqas rota ta’ karettun ma jdawru fuq il-kemmun;

iżda bil-ħatar iħabbtu l-ħlewwa,

u b’qasba l-kemmun.

28Jaqaw il-qamħ tal-ħobż jinsaħaq?

Le, għax il-bidwi ma jidirsux bla heda,

lanqas ma jibqa’ għaddej bir-romblu tas-slitta tiegħu,

u ż-żiemel tiegħu ma jisħqux.

29Dan ukoll ġej mingħand il-Mulej tal-eżerċti;

u hekk juri l-għaġeb ta’ għaqlu,

u l-kobor ta’ għerfu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help