1 SLATEN 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8Il-konsagrazzjoni tat-tempju

1Salamun imbagħad laqqa’ flimkien f’Ġerusalemm ix-xjuħ ta’ Iżrael, u l-kapijiet tat-tribujiet kollha, u l-prinċpijiet tal-familji ta’ wlied Iżrael, biex l-arka tal-patt tal-Mulej itellgħuha mill-belt ta’ David, jiġifieri minn Sijon.

10Xħin il-qassisin ħarġu mis-santwarju ta’ barra, is-sħaba mliet it-tempju tal-Mulej,

12Imbagħad Salamun qal:

“Qiegħed il-Mulej ix-xemx fis-smewwiet;

imma hu ried jgħammar fid-dlam.

13Għalhekk jien bnejtlek dar fejn tgħammar,

post fejn toqgħod għal dejjem.”

Id-diskors ta’ Salamun

14Imbagħad is-sultan dawwar wiċċu u bierek il-ġemgħa kollha ta’ Iżrael; waqt li l-ġemgħa kollha ta’ Iżrael kienet bilwieqfa.

15U qal: “Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li temm b’idu kulma kien qal b’fommu lil David missieri meta qallu:

17“David missieri kellu f’moħħu li jibni tempju lill-isem tal-Mulej, Alla ta’ Iżrael.

23u qal: “Mulej, Alla ta’ Iżrael, la fis-sema ’l fuq u lanqas hawn isfel fl-art, ma hemm Alla ieħor bħalek, għaliex inti, lil dawk il-qaddejja tiegħek li jimxu fil-preżenza tiegħek b’qalbhom kollha, ma tiksrilhomx il-patt li għamilt magħhom, lanqas ma tonqsilhom mill-imħabba li dejjem urejthom.

31“Jekk xi ħadd ikun offenda lil għajru, u jkollu jaħlef, u jiġi jaħlef quddiem l-artal tiegħek f’dan it-tempju,

32isma’ int mis-sema, qum u agħmel ħaqq mal-qaddejja tiegħek, billi tikkundanna lill-ħati u tniżżillu fuq rasu għemilu, u tagħmel il-ġustizzja mal-ġust u tħallsu skont il-ġustizzja tiegħu.

33“Meta l-poplu tiegħek Iżrael jitkisser quddiem l-għadu tiegħu minħabba li jkun dineb kontrik, u jerġa’ lura għal għandek u jfaħħru ismek, jitolbu u jitkarrbu għall-ħniena tiegħek f’dan it-tempju,

41“U l-barrani wkoll, li mhux mill-poplu tiegħek ta’ Iżrael, meta jkun sama’ b’ismek il-kbir u l-qawwa ta’ idek u driegħek merfugħ

44“Meta l-poplu tiegħek joħroġ jitqabad kontra l-għedewwa tiegħu fit-triq li int tkun bgħatthom, u jitlob lill-Mulej b’wiċċu lejn din il-belt li int għażilt, u lejn it-tempju li jiena bnejt għal ismek,

52“Jalla għajnejk ikunu miftuħa għat-talb tal-ħniena tal-qaddej tiegħek u għall-krib ta’ Iżrael, il-poplu tiegħek, u tismagħhom f’kulma jitolbuk.Il-barka ta’ Salamun

54Xħin Salamun temm jitlob lill-Mulej b’din it-talba u b’din is-supplika kollha, qam minn quddiem l-artal tal-Mulej, fejn kien għarkupptejh b’idejh miftuħa lejn is-sema,

55waqaf u bierek il-ġemgħa kollha ta’ Iżrael b’leħen għoli u qal:

56“Imbierek il-Mulej li ta l-mistrieħ lill-poplu tiegħu Iżrael bħalma kien wiegħdu. Ebda wegħda ma sfat fix-xejn milli kien wiegħed permezz tal-qaddej tiegħu Mosè.

57Jalla jkun magħna l-Mulej, Alla tagħna, bħalma kien ma’ missirijietna; li ma jħalliniex u li ma jitlaqniex,

63Salamun offra bħala sagrifiċċju tas-sliem lill-Mulej dawn l-offerti: tnejn u għoxrin elf gendus, u mija u għoxrin elf nagħġa. Hekk is-sultan u wlied Iżrael ilkoll ikkonsagraw it-tempju tal-Mulej.

64Dak in-nhar stess is-sultan ikkonsagra l-biċċa tan-nofs tal-wesgħa li kienet quddiem il-Mulej, għax hemm offra sagrifiċċji tal-ħruq bl-offerti u x-xaħam tas-sagrifiċċji tas-sliem; għax l-artal tal-bronż, li kien quddiem id-dar tal-Mulej, kien żgħir wisq għas-sagrifiċċji tal-ħruq, għall-offerti u x-xaħam tas-sagrifiċċji tas-sliem.

65F’dak iż-żmien Salamun għamel festa b’Iżrael kollu miegħu, ġemgħa kbira ħafna int u dieħel Ħamat sal-wied tal-Eġittu, festa quddiem il-Mulej, Alla tagħna, għal sebat ijiem u sebat ijiem sħaħ oħra, erbatax-il jum b’kollox.Mħ 20,1.

66Fit-tmien jum bagħat il-poplu, u huma bierku lis-sultan u kulħadd mar fl-għarix tiegħu, ilkoll ferħana u qalbhom hienja għall-ġid kollu li għamel il-Mulej ma’ David, il-qaddej tiegħu, u ma’ Iżrael, il-poplu tiegħu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help