1Ħarġu mbagħad il-profeta Ħaggaj u l-profeta Żakkarija bin Għiddu jħabbru kontra l-Lhud li kien hemm f’Ġuda u f’Ġerusalemm f’isem Alla ta’ Iżrael, li kien magħhom.
14Saħansitra l-oġġetti tad-deheb u tal-fidda tat-tempju ta’ Alla li Nabukodonosor kien ħareġ mit-tempju ta’ Ġerusalemm biex ħadhom fit-tempju tal-Babilonja; dawn is-sultan Ċiru ħariġhom mit-tempju tal-Babilonja, u tahom lil wieħed jismu Sesbassar, li kien ħatru gvernatur.
15U qallu: ‘Ħu dawn l-oġġetti; itlaq u ħudhom miegħek għat-tempju ta’ Ġerusalemm, u t-tempju ta’ Alla għandu jinbena fil-post fejn kien qabel.’
16Dan Sesbassar ġie, u qiegħed is-sisien tat-tempju ta’ Alla f’Ġerusalemm, u ilhom minn dakinhar jibnuh, imma għadhom ma lestewhx.
17U issa, jekk is-sultan jogħġbu, ħa jsir tiftix fl-arkivji li s-sultan għandu hemmhekk, fil-Babilonja, biex naraw jekk hemmx xi proklama li kien ħareġ is-sultan Ċiru biex jinbena dan it-tempju ta’ Alla f’Ġerusalemm. Jekk jogħġbu, imbagħad, is-sultan jibgħat jgħarrafna fuq din il-kwistjoni.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.