2 TESSALONIKIN Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn l-ittraIl-ftuħ tat-tieni ittra li Pawlu kiteb lit-Tessalonikin hu talba ta’ ringrazzjament lil Alla għall-fidi u l-imħabba qawwija li jissaħħu fost l-insara tal-belt. Biss, hu għaraf ukoll li d-diffikultajiet kienu żdiedu wkoll. Allura, reġa’ kitbilhom biex ifissrilhom aktar fid-dettall it-tagħlim li kien wasslilhom permezz tal-ewwel ittra. Din l-ittra nkitbet ftit wara l-oħra.Riedhom jifhmu li Alla kien biss qiegħed jipprova l-fidi tagħhom u mhux jikkastigahom. Iwissihom biex ma jemmnux lil min qalilhom li hu bagħat ittra li tgħid li l-Mulej kien diġà ġie. Il-miġja trijonfali ta’ Kristu kellha sseħħ wara li jidher l-antikrist.Iwissihom biex ma jitgħażżnux, anzi jibqgħu attivi u ma jieqfu qatt jagħmlu l-ġid. Lill-mexxejja tal-Knisja jordnalhom biex jinqatgħu minn dawk li jirrifjutaw li jobdu t-tagħlim li kien qed iwasslilhom permezz ta’ din l-ittra.Pawlu jagħlaq l-ittra tiegħu b’talba ta’ barka:Jagħtikom is-sliem il-Mulej tas-sliem innifsu dejjem u f’kollox. Il-Mulej magħkom ilkoll… Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom ilkoll (3,16; 18).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-2)Tifħir u twissija (1,3-12)Tagħlim dwar it-tieni miġja ta’ Kristu (2,1-17)Jinkoraġġihom jgħixu ta’ nsara veri (3,1-15)Konklużjoni (3,16-18)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help