ĠONA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb tal-Profeta Ġona hu storja fittizzja imma b’messaġġ importanti ħafna. Hu differenti ħafna mill-kotba l-oħra tal-profeti, għaliex fih insibu vers wieħed biss minn dak li ppriedka l-profeta.F’dan il-ktieb naqraw kif il-profeta għażel li jaħrab mir-rieda ta’ Alla li kien bagħtu biex jippriedka f’Ninwè, il-belt kapitali tal-Assirja. Ġona mhux biss ma riedx li jwissi lill-poplu ta’ Ninwè biex jindem, anzi xtaq il-qerda tal-belt, billi l-Assiri kienu għedewwa ta’ Iżrael.Alla joħodha kontra Ġona għall-atteġġjament tiegħu, u talli kien naqas milli jobdih. Fix-xbieha tas-siġra tar-riġnu, naraw kif Alla ried ifiehem lil Ġona li fl-imħabba tiegħu hu dejjem lest li jaħfer lil min jindem. Kienet proprju l-karatteristika tal-ħniena ta’ Alla li qanqlet lil Ġona li jevita li jippriedka l-indiema f’Ninwè.L-istorja ta’ Ġona f’żaqq il-baliena għal tlett ijiem hi l-aktar popolari. Il-messaġġ li joħroġ minn din l-istorja hu li Alla ma jwaqqfu xejn milli jwassal il-messaġġ ta’ maħfra lil kull min idur lejh bl-indiema. Dan il-messaġġ iħejji t-triq għas-salvazzjoni tal-ġnus kollha li kellha sseħħ f’Ġesù Kristu, fit-Testment il-Ġdid.Int Alla ħanin u tagħder, tqil biex tinkorla, kollok tjieba u jisgħob bik għad-deni (4,2b).It-taqsim tal-ktiebIs-sejħa ta’ Ġona u d-diżubbidjenza tiegħu (1,1-17)Ġona jiddispjaċih u Alla jeħilsu (2,1-10)Il-messaġġ ta’ Ġona f’Ninwè (3,1-10)Il-ħniena ta’ Alla għal Ninwè (4,1-11)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help