MARK 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Il-parabbola taż-żerriegħ(Mt 13,1-9; Lq 8,4-8)

1Raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt.

3“Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’.

4Ġara li hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu fil-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha.

5Oħrajn waqgħu f’art kollha blat fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda;

6meta mbagħad telgħet ix-xemx, inħarqu u nixfu, billi ma kellhomx għeruq.

7Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk u x-xewk kiber u ħanaqhom, u frott ma għamlux.

8Oħrajn waqgħu f’art tajba, u għamlu l-frott; u l-frott kiber u tkattar, u min għamel tletin, min sittin, u min mija.”

9U qal: “Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”L-għala Ġesù tkellem bil-parabboli(Mt 13,10-15; Lq 8,9-10)

10Meta kien waħdu, dawk ta’ madwaru flimkien mat-Tnax resqu jitolbuh ifissrilhom il-parabboli.

u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux,

li ma jbiddlux ħajjithom u jaqilgħu l-maħfra’.” Ġesù jfisser il-parabbola taż-żerriegħ(Mt 13,18-23; Lq 8,11-15)

13“Din il-parabbola m’intomx tifhmuha?” qalilhom. “Mela kif se tifhmu l-parabboli l-oħra kollha?

14Dak li l-bidwi jiżra’ hija l-kelma.

15Dawk ta’ matul il-mogħdija, fejn inżergħet il-kelma, huma dawk li malli jisimgħuha, jersaq ix-Xitan u jaħtfilhom il-kelma li nżergħet f’qalbhom.

16Dawk li jinżergħu f’art kollha blat huma dawk li meta jisimgħu l-kelma, minnufih jilqgħuha bil-ferħ,

17imma għeruq ma jkollhomx, u għalhekk ftit idumu; meta mbagħad jiġi fuqhom l-għawġ, jew isibu min iħabbathom minħabba l-kelma, malajr jitfixklu.

24U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll.Il-parabbola taż-żerriegħa li tinbet weħidha

26U qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art.

27Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif.Il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda(Mt 13,31-32; Lq 13,18-19)

30U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha?

31Qisha żerriegħa tal-mustarda; din meta tinżara’ fil-ħamrija, hi l-iċken fost iż-żrieragħ kollha fuq l-art;L-użu tal-parabboli(Mt 13,34-35)

33B’ħafna parabboli bħal dawn kien ixandrilhom il-kelma, kif kienu jistgħu jifhmuha huma,

34u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom; imma lid-dixxipli tiegħu, meta kien ikun waħdu magħhom, kien ifissrilhom kollox.

Ġesù jsikket it-tempesta(Mt 8,18.23-27; Lq 8,22-25)

35Dak inhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor.”

36Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.

37U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma.

38Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”

39Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! Biżżejjed!” U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira.

40U qalilhom: “Dal-biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?”

41U qabadhom biża’ kbir, u bdew jgħidu lil xulxin: “Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help