1Għatalija kienet omm Aħażija, u malli rat li miet binha, qabdet u qatlet in-nisel kollu tas-sultan., bint is-sultan Ġeħoram, u oħt Aħażija, ħadet lil Ġowas bin Aħażija - ħatfitu bil-moħbi, lilu u l-imreddgħa tiegħu, minn qalb ulied is-sultan, li kienu se joqtluhom fil-kamra tas-sodod - u ħbietu minn għajnejn Għatalija, u hekk ma qatluhx.
3U dam moħbi magħha f’dar il-Mulej sitt snin, filwaqt li Għatalija kienet issaltan fuq il-pajjiż.
4Fis-seba’ sena Ġeħojada bagħat iġib il-kapijiet tal-mija tal-Karin u tal-gwardji tal-korp, u daħħalhom miegħu f’dar il-Mulej, u għamel patt magħhom, u ġagħalhom jaħilfu f’dar il-Mulej, u wriehom lil bin is-sultan.
5U tahom dawn l-ordnijiet u qalilhom: “Dan għandkom tagħmlu: terz minnkom li tidħlu s-Sibt għassu l-palazz,
6u terz fil-bieb ta’ Sur, u terz fil-bieb tal-Gwardji; hekk tagħmlu l-għassa tal-palazz.
7U żewġ diviżjonijiet li joħorġu s-Sibt jgħassu t-Tempju tal-Mulej madwar is-sultan.
8Iddawru s-sultan dawramejt, kulħadd bl-armi f’idu, u kull min jipprova jaqsam il-fili tagħkom, oqtluh. Ibqgħu mas-sultan, imur fejn imur.”
9Il-kapijiet tal-mija għamlu kulma kien ordnalhom Ġeħojada, il-qassis, u kull wieħed ħa n-nies tiegħu - sew dawk li kienu deħlin is-Sibt, kemm dawk li kienu ħerġin - u marru għand il-qassis Ġeħojada.
10U dan ta lill-kapijiet tal-mija l-lanez u t-tarkiet tas-sultan David, li kien hemm f’dar il-Mulej.
13U Għatalija, malli semgħet l-għajjat tal-gwardji u tal-poplu, marret għal fuq il-poplu f’dar il-Mulej.
14U ħarset, u hemm kien is-sultan wieqaf fuq tribuna skont id-drawwa, u l-kantanti u t-trumbetti maġenb is-sultan, u l-poplu kollu tal-pajjiż jifraħ u jdoqq it-trumbetti. Għatalija ċarrtet ħwejjiġha u bdiet tgħajjat: “Tradiment! Tradiment!”
15U Ġeħojada l-qassis ordna lill-kapijiet tal-mija u l-kapijiet tal-mija tal-eżerċtu, u qalilhom: ‘Oħorġuha ’l barra mill-palazz bejn żewġ fillieri suldati, u kull min imur warajha, oqtluh bix-xabla.” Għax il-qassis kien qal: “Ma joqtluhiex fid-dar tal-Mulej.”
16U meddew idejhom fuqha, u kif waslet fid-daħla taż-żwiemel għal ġewwa l-palazz tas-sultan, qatluha hemmhekk.
17Ġeħojada għamel patt bejn il-Mulej u bejn is-sultan u bejn il-poplu li jkunu poplu tal-Mulej, u bejn is-sultan u l-poplu.
18U l-poplu kollu tal-pajjiż daħal fit-tempju ta’ Bagħal, u ġarrfuh, u farrku l-artali u x-xbihat tiegħu għalkollox, u ’l Mattan, qassis ta’ Bagħal, qatluh quddiem l-artal. Ġeħojada, il-qassis, qiegħed għases mat-tempju tal-Mulej.
19Imbagħad laqqa’ l-kapijiet tal-mija, il-Karin u l-gwardji u l-poplu kollu tal-pajjiż, u niżżlu lis-sultan mit-tempju tal-Mulej u daħlu fil-palazz mill-bieb tal-gwardji u s-sultan qagħad fuq it-tron irjali.
20Feraħ il-poplu kollu tal-pajjiż; u l-belt strieħet; u ’l Għatalija qatluha bix-xabla fil-palazz tas-sultan.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.