APOKALISSI 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14Sħab il-Ħaruf

1Imbagħad ħarist u rajt il-Ħaruf, wieqaf fuq il-muntanja Sijon, u miegħu mija u erbgħa u erbgħin elf ruħ, li kellhom ismu u isem Missieru miktub fuq ġbinhom., għax huma verġni; huma li jimxu wara l-Ħaruf kull fejn imur; huma kienu mifdija minn fost il-bnedmin, l-ewwel frott għal Alla u għall-Ħaruf,

5u minn fommhom qatt ma ħarġet gidba; bla tebgħa huma.It-tliet anġli li jħabbru l-Ġudizzju

6Imbagħad rajt anġlu ieħor jittajjar fl-għoli tas-sema, bl-Evanġelju ta’ dejjem ħalli jxandru lil min jgħammar fuq l-art, lil kull ġens, tribù, ilsien u poplu;

7u b’leħen qawwi beda jgħid: “Ibżgħu minn Alla u agħtuh glorja, għax ġiet is-siegħa tal-ħaqq tiegħu, u nxteħtu agħtu qima lil dak li għamel is-sema u l-art u l-baħar u l-għejun tal-ilmijiet.”

8U anġlu ieħor, it-tieni wieħed, ġie warajh jgħid: “Iġġarrfet, iġġarrfet Babilonja l-Kbira, dik li sqiet il-ġnus kollha bl-inbid ibaqbaq taż-żina tagħha.”

9U anġlu ieħor, it-tielet wieħed, ġie warajhom jgħid b’leħen qawwi: “Min jinxteħet iqim il-Bhima u x-xbieha tagħha u jieħu l-marka fuq ġbinu jew fuq idu,

12F’dan qiegħed is-sabar tal-qaddisin, ta’ dawk li jħarsu l-preċetti ta’ Alla u l-fidi f’Ġesù.

13Imbagħad smajt leħen mis-sema jgħid: “Ikteb: Hienja minn issa l-mejtin li jmutu fil-Mulej. Iva, jgħid l-Ispirtu, huma jistrieħu mit-taħbit kollu tagħhom, għax l-għemejjel tagħhom imorru magħhom.”Il-ħsad u l-ġbir tal-ġnus tal-art

14Ħarist, u rajt sħaba bajda, u fuq is-sħaba kien hemm bilqiegħda wieħed donnu Iben ta’ bniedem, b’kuruna tad-deheb fuq rasu u minġel misnun f’idu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help