1U Ġosafat strieħ ma’ missirijietu, u difnuh ma’ missirijietu fil-belt ta’ David, u daħal isaltan floku Ġeħoram, ibnu.Is-saltna ta’ Ġeħoram
2Ġeħoram kellu ħutu, ulied Ġosafat: Għażarija, Ġeħijel, Żakkarija, Għażrijaħu, Mikiel u Sefatija. Dawn kollha wlied Ġosafat, sultan ta’ Iżrael.
3Missierhom kien tahom ħafna rigali, fidda, u deheb, u ħwejjeġ prezzjużi, u bliet iffortifikati f’Ġuda, imma s-saltna taha lil Ġeħoram, għax kien il-kbir.
4Meta Ġeħoram ħa s-saltna ta’ missieru u ssaħħaħ sewwa, qatel lil ħutu kollha bix-xabla u lil xi wħud mill-prinċpijiet ta’ Iżrael ukoll.
5Kellu tnejn u tletin sena meta Ġeħoram laħaq sultan, u saltan għal tmien snin f’Ġerusalemm.; u għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej.
7Imma l-Mulej ma riedx jeqred id-dar ta’ David minħabba l-patt li kien għamel ma’ David, u billi kien wiegħdu li jħallilu xrara għal dejjem, lilu u lil uliedu.
8Fi żmienu l-Edumin qamu kontra l-ħakma ta’ Ġuda, u għamlu sultan għalihom., fejn qallu: “Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ David missierek: ‘Talli int ma mxejtx fit-triqat ta’ Ġosafat missierek, u fi triqat Asa, sultan ta’ Ġuda,
13imma mxejt fit-triqat tas-slaten ta’ Iżrael, u waqqajt fiż-żina lil Ġuda u n-nies ta’ Ġerusalemm, bħalma waqqgħethom fiż-żina d-dar ta’ Aħab, u qtilt ukoll lil ħutek, id-dar ta’ missierek, li kienu aħjar minnek,
14ara, il-Mulej issa se jolqot bi flaġell kbir sewwa l-poplu tiegħek, ’l uliedek u n-nisa tiegħek, u kulma għandek.
15U int tirkbek marda qalila, marda f’imsarnek sakemm joħorġu barra msarnek minħabba l-marda minn jum għal ieħor.’ ”
16U l-Mulej qajjem kontra Ġeħoram il-korla tal-Filistin u tal-Għarab li jgħammru ħdejn il-Kusin,
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.