1Ġara li fi żmien Amrafel sultan ta’ Singħar, Arjok sultan ta’ Ellasar, Kedorlagħomer sultan ta’ Għelam, u Tidgħal sultan ta’ Gojim,
2dawn is-slaten għamlu gwerra kontra Bera sultan ta’ Sodoma u Birsa sultan Gomorra, Sinab sultan ta’ Adma u Semeber sultan ta’ Sebojim, u s-sultan ta’ Bela, li hi Sogħar.
3Dawn kollha nġemgħu fil-wied ta’ Siddim, li hu l-Baħar il-Mielaħ.
4Għal tnax-il sena kienu jaqdu lil Kedorlagħomer, u fit-tlettax-il sena rvillaw.
5Fl-erbatax-il sena ġie Kedorlagħomer bis-slaten li kellu miegħu u ħabtu għar-Refajin f’Għastarot-karnajm u għaż-Żużin f’Ħam, u għall-Emin f’Sawekirjatajm,
8U ħarġu s-sultan ta’ Sodoma, u s-sultan ta’ Gomorra, u s-sultan ta’ Adma, u s-sultan ta’ Sebojim, u s-sultan ta’ Bela, li hi Sogħar, u tqassmu għall-battalja kontrihom fil-wied ta’ Siddim,
9jiġifieri kontra Kedorlagħomer sultan ta’ Għelam, u Tidgħal sultan ta’ Gojim, u Amrafel sultan ta’ Singħar, u Arjok sultan ta’ Ellasar, erba’ slaten kontra ħamsa.
10Il-wied ta’ Siddim kien miżgħud bil-bjar tal-qatran, u huma u jaħarbu, is-slaten ta’ Sodoma u Gomorra waqgħu fihom, u l-bqija ħarbu lejn il-muntanji.
11U l-għadu qabad il-ġid kollu ta’ Sodoma u Gomorra u l-ikel tagħhom kollu, u telqu.
12Huma u sejrin ħadu lil Lot ukoll, bin ħu Abram, b’ġidu kollu, għax hu kien joqgħod f’Sodoma.Abram isalva lil Lot
13U ġie wieħed mill-maħrubin u ta l-aħbar lil Abram, l-Għebrew, li kien joqgħod ħdejn il-ballut ta’ Mamri, l-Amurri, ħu Eskol u ħu Għaner; għax dawn kienu mseħbin b’patt ma’ Abram.
14Malli Abram sema’ li ’l ħuh kienu ħaduh ilsir, ħareġ bin-nies imħarrġa tiegħu, nies imwielda f’daru, tliet mija u tmintax-il ruħ, u għamel għal warajhom sa Dan.
15Hemm qassam in-nies tiegħu billejl, hu u l-qaddejja tiegħu, u baqa’ jiġri warajhom sa Ħoba, fuq it-Tramuntana ta’ Damasku,
16u ħa lura l-ġid kollu; ġieb lura lil Lot, ħuh, u l-ġid tiegħu, in-nisa u n-nies l-oħra.
Melkisedek jilqa’ lil Abram17U ħareġ is-sultan ta’ Sodoma jiltaqa’ miegħu hu u ġej lura mit-taqtigħa ma’ Kedorlagħomer u s-slaten li kienu miegħu lejn il-wied ta’ Sawi, li hu Wied is-Sultan.Lhud 7,1-10.
18U Melkisedek, sultan ta’ Salem, li kien qassis ta’ El-għeljon, Alla l-għoli, ħareġ bil-ħobż u l-inbid.S 110,4; Lhud 5,6; 7,1.
19U bierku u qallu:
“Imbierek Abram minn El-għeljon,
li għamel is-sema u l-art.
20U mbierek El-għeljon
li reħa f’idek l-għedewwa tiegħek.”
U Abram tah l-għexur minn kollox.
21U s-sultan ta’ Sodoma qal lil Abram: “Agħtini n-nies, u l-ġid żommu għalik.”
22U Abram wieġeb lis-sultan ta’ Sodoma: “Ngħolli idejja lejn il-Mulej, El-għeljon, li għamel is-sema u l-art,
23u naħlef li la ħajta u anqas qafla ta’ qorq, xejn ma nieħu minn kulma hu tiegħek biex ma tgħidx: ‘Jien għanejt lil Abram.’
24Xejn ma nieħu ħlief dak li kielu ż-żgħażagħ u sehem in-nies li ġew miegħi: Għaner, Eskol u Mamri. Dawn jieħdu sehemhom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.