1 TIMOTJU Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn l-ittraTimotju kien żagħżugħ mill-Asja Minuri, iben omm Lhudija u missier Grieg. Aktarx li kien iltaqa’ ma’ Pawlu f’Listra u baqa’ miegħu bħala wieħed mill-imseħbin ħabrieka fil-missjoni Pawlina. Timotju kien qisu iben għal Pawlu minħabba li kien hu li għammdu.Għalkemm din l-ittra hi indirizzata direttament lil Timotju, fiha nsibu struzzjonijiet ċari mingħand Pawlu dwar id-diffikultajiet li kienu qed jinqalgħu f’Efesu. Kienu tfaċċaw xi nies li bdew ixerrdu tagħlim qarrieq.Bdew jixterrdu teoriji bbażati fuq il-ħsieb li d-dinja fiha nfisha hi ħażina u għalhekk kull kuntatt ma’ dak li hu materjali kien ħażin. L-uniku mezz ta’ salvazzjoni kien jista’ jinkiseb permezz ta’ tagħrif sigriet speċjali. Biex bniedem ikun tajjeb kellu jżomm lura miż-żwieġ u minn ċertu tip ta’ ikel. Pawlu jiftaħ għajnejn Timotju biex bħala żagħżugħ ma jinġarrx mill-kurrent ta’ dan it-tagħlim żbaljat.L-Appostlu jagħti lil Timotju xi struzzjonijiet dwar kif kellu jagħżel il-mexxejja tal-komunitajiet insara fid-diversi ministeri tagħhom. Iwissih personalment biex iħares il-fidi li ħaddan u xehed għaliha. Hekk biss jista’ n-nisrani jgawdi s-sebħ li fih għad jidher Kristu.Dak li hu hieni u waħdu setgħani,is-Sultan tas-slaten u s-Sid tas-sidien,li hu biss ma jmut qattu jgħammar f’dawl li ħadd ma jista’ jersaq lejh,hu li ebda bniedem qatt ma rah u anqas qatt jista’ jarah.Lilu ġieħ u setgħa għal dejjem! Ammen (6,15-16).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-2)Istruzzjonijiet dwar il-Knisja u l-ministri tagħha (1,3—3,16)Istruzzjonijiet lil Timotju dwar ix-xogħol tiegħu (4,1—6,21)