EŻODU 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Il-ġradijiet

1Il-Mulej qal lil Mosè: “Mur għand il-Fargħun, għax jien webbistlu qalbu u qalb il-qaddejja tiegħu, biex nagħmel dawn is-sinjali tiegħi f’nofshom,

2u biex ixxandar u ssamma’ f’widnejn ibnek u wlied ibnek li jien qgħadt nitliegħeb bl-Eġizzjani, u s-sinjali li jien għamilt ġo nofshom, sabiex tkun tafu li jien il-Mulej.”

3U Mosè u Aron marru għand il-Fargħun u qalulu: “Dan jgħid il-Mulej, Alla tal-Għebrej: ‘Kemm se ddum ma tbaxxi rasek quddiemi? Itlaq lill-poplu tiegħi biex iqimni.

4Jekk inti tibqa’ ma tridx tibgħat lill-poplu tiegħi, arani, għada nġib il-ġradijiet fl-art ta’ pajjiżek.

5U huma jiksu wiċċ l-art, u ħadd ma jkun jista’ jaraha, u jieklu minn dak li ħallielkom is-silġ, u jieklu kull siġra li tikbrilkom fir-raba’.

6U jimlewlek djarek u d-djar tal-qaddejja tiegħek u d-dar ta’ kull Eġizzjan; ħaġa li qatt ma raw missirijietek, u missier missirijietek minn mindu ilkom fuq l-art sal-lum.’ ” U Mosè dawwar wiċċu u ħareġ minn quddiem il-Fargħun.

7U l-qaddejja tal-Fargħun qalulu: “Kemm se jdum ifixkilna dan il-bniedem? Itlaq l-irġiel ħa jmorru jagħtu qima lill-Mulej Alla tagħhom. Għadek ma fhimtx li l-Eġittu se jsir ħerba?”

8U Mosè u Aron reġgħu lura għand il-Fargħun u qalilhom: “Morru agħtu qima lill-Mulej tagħkom. Imma min huma dawk li sejrin?”

9U Mosè wieġeb: “Aħna sejrin biż-żgħażagħ u x-xjuħ tagħna, b’uliedna, bis-subien u l-bniet tagħna, bin-nagħaġ u l-baqar tagħna. Għax għalina din hi l-festa tal-Mulej.”

10U hu weġibhom: “Hekk ikun! Daqs kemm hu l-Mulej magħkom, ma nitlaqx lilkom u liż-żgħar tagħkom. Ħsieb ħażin għandkom f’raskom!

11Mhux hekk, jitilqu biss l-irġiel u jagħtu qima lill-Mulej, għax dan li intom tridu.” U keċċewhom minn quddiem il-Fargħun.

12U l-Mulej qal lil Mosè: “Midd idek fuq l-art tal-Eġittu biex jiġu l-ġradijiet fuq l-art tal-Eġittu, u jieklu l-ħaxix kollu tal-art, u kulma ħalla sħiħ is-silġ.”; u ma baqax ġrad wieħed fl-art kollha tal-Eġittu.

20U webbes il-Mulej qalb il-Fargħun; u dan lil ulied Iżrael ma telaqhomx.

Id-dlam

21U l-Mulej qal lil Mosè: “Erfa’ idek lejn is-sema, ħa taqa’ dalma fuq l-Eġittu, dalma li tmissha b’idejk.”Għerf 17,1—18,4.

22U Mosè għolla idu lejn is-sema, u sar dlam ċappa, fl-art kollha tal-Eġittu għal tlitt ijiem.S 105,28; Apk 16,10.

23Ma kinux jaraw wieħed lil ieħor, u ħadd ma qam għal tlitt ijiem sħaħ minħabba d-dlam. U fejn kienu joqogħdu wlied Iżrael kien hemm id-dawl.

24U l-Fargħun bagħat għal Mosè u qallu: “Morru agħtu qima lill-Mulej. Biss in-nagħaġ u l-baqar tagħkom ħalluhom warajkom, ħudu magħkom ’l uliedkom biss.”

25U Mosè wieġeb: “Int ikollok tagħtina wkoll f’idejna vittmi għas-sagrifiċċji u l-offerti, biex noffruhom lill-Mulej, Alla tagħna.

26L-imrieħel tagħna wkoll għandhom jiġu magħna; ma għandu jibqa’ anqas difer wieħed, għax minnhom irridu nieħdu biex nagħtu qima lill-Mulej; u aħna ma nafux biex se nqimu lill-Mulej qabel ma naslu hemm.”

27Imma l-Mulej webbes qalb il-Fargħun u ma riedx jitlaqhom.

28U l-Fargħun qallu: “Itlaq minn quddiemi. Qis li ma tiġix iżjed tara ’l wiċċi, għax dak in-nhar li tara ’l wiċċi tmut.”

29U Mosè wieġeb: “Kif għedt int. Wiċċek aktar ma narahx.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help