ĠOB 42 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 42Ġob iraġġa’ lura kliemu

1Ġob wieġeb lill-Mulej u qallu

2“Jien naf li inti tista’ kollox,

u ebda ħsieb minn tiegħek ma jfixkluh.

3Int għedt, ‘Min hu dan li jrid

joskura fehemti bla ma jifhem?’

U tassew jien tkellimt fuq ħwejjeġ ma nifhimhomx,

ħwejjeġ kbar wisq għalija, ma nafhomx.

4Int għedt: ‘Ismagħni, u jien nitkellem;

nistaqsik, u int għallimni.’

5Fuqek jien b’widnejja smajt;

imma issa b’għajnejja rajtek.

6Għalhekk inċedi u nindem

fit-trab u r-rmied.”

GħeluqAlla jiġġustifika lil Ġob

7Wara li l-Mulej temm jgħid dan il-kliem lil Ġob, qal lil Elifaż it-Temani: “Jiena inkurlat għalik u għaż-żewġt iħbieb tiegħek. Għax intom ma għedtux is-sewwa fuqi bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob.

8Ħudu, mela, seba’ għoġiela u seba’ mtaten u morru għand il-qaddej tiegħi Ġob u offruhom b’sagrifiċċji maħruqa għalikom. Ġob, il-qaddej tiegħi, jitlob għalikom u jiena minħabba fih ma nikkastigakomx għall-bluha li wrejtu meta ma tkellimtux is-sewwa fuqi bħal Ġob il-qaddej tiegħi.”

9Elifaż it-Temani, Bildad is-Suħi, u Sofar in-Nagħmi marru u għamlu kif qalilhom il-Mulej. U l-Mulej ta wiċċ lil Ġob.

10Lilu, għax talab għal ħbiebu, reġġgħu għal li kien qabel u kattarlu għal darbtejn il-ġid kollu li kellu.

11Imbagħad ħutu kollha, subien u bniet, u dawk li kienu jafuh qabel, ġew għandu jarawh u kielu miegħu f’daru. Huma wrewh is-sogħba tagħhom u farrġuh għad-diżgrazzji kollha li l-Mulej bagħat fuqu, u tawh kull wieħed minnhom munita u ċurkett tad-deheb.

12U l-Mulej bierek il-ħajja l-ġdida ta’ Ġob aktar minn dik ta’ qabel, u kellu Ġob erbatax-il elf nagħġa u sitt elef ġemel, elf żewġ barrin u elf ħmara.

13Kellu wkoll seba’ subien u tlitt ibniet.

14Bintu l-kbira semmieha Ġemima, lil ta’ warajha Kesigħa, u liż-żgħira Kerenħappuk.

15U ma kienx hemm fil-pajjiż kollu nisa li fil-ġmiel iħabbtuha mal-bniet ta’ Ġob. Missierhom tahom qasma mill-wirt ma’ ħuthom is-subien.

16Wara dan kollu Ġob għex mija u erbgħin sena u ra ’l uliedu u wlied uliedu sar-raba’ nisel,

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help