1Wara dawn il-ġrajja David staqsa lill-Mulej u qallu: “Nitla’ jien f’waħda mill-ibliet ta’ Ġuda!” U l-Mulej wieġbu: “Itla’.” U David issokta: “Fejn nitla’?” U wieġbu: “F’Ħebron.”
2U David tela’ hemm, hu u ż-żewġ nisa tiegħu, Aħinogħam il-Ġeżragħelija, u Abigajl, mart Nabal il-Karmeli.
U għarrfu lil David u qalulu: “In-nies ta’ Ġabes-gilgħad difnu lil Sawl.”
5U David bagħat messaġġiera f’Ġabes-gilgħad u qalilhom: “Imberkin intom mill-Mulej, għax għamiltu din il-ħniena ma’ sidkom Sawl u dfintuh.
6U issa jagħmel il-Mulej il-ħniena u s-sewwa magħkom, u jien min-naħa tiegħi nagħmlilkom il-ġid, la darba għamiltu hekk.
7U issa ħa jissaħħu dirgħajkom u kunu nies ta’ ħila; sidkom Sawl miet, imma d-dar ta’ Ġuda dilkuni sultan fuqha.”
Il-ġlied bejn David u dar Sawl8Abner bin Ner, li kien il-kmandant tal-eżerċtu ta’ Sawl, qabad lil Isboset bin Sawl, u ħadu f’Maħanajm,
12Abner bin Ner ħareġ bil-qaddejja ta’ Isboset bin Sawl, minn Maħanajm lejn Gibgħon.
13U ħareġ ukoll Ġowab bin Seruja bil-qaddejja ta’ David, u ltaqgħu flimkien ħdejn il-menqgħa ta’ Gibgħon; u dawn qagħdu fuq naħa, u dawk fuq oħra.
14U Abner qal lil Ġowab: “Ħa joħorġu għan-nofs iż-żgħażagħ u jitqabdu quddiemna.” U Ġowab wieġeb: “Ħa joħorġu!”
15U ħarġu bl-għadd: tnax mit-tribù ta’ Benjamin min-naħa ta’ Isboset bin Sawl, u tnax mill-qaddejja ta’ David.
16Kull wieħed qabad ras sieħbu u nifdu f’ġenbu b’sejfu, u waqgħu lkoll f’waqt wieħed. U semmew dak il-post Ħelkat-ħassurim li tinsab f’Gibgħon.
17U kien hemm taqtigħa qalila sewwa dakinhar, u Abner u n-nies ta’ Iżrael kienu megħluba minn David u n-nies tiegħu.
18Kienu hemm it-tliet ulied ta’ Seruja: Ġowab, Abisaj u Għaxajel; u Għaxajel kien ħafif f’riġlejh daqs għażżiela tax-xagħri.
19U Għaxajel baqa’ jiġri dritt wara Abner, bla ma jikser lejn ix-xellug jew lejn il-lemin.1 Kron 27,7.
20U Abner dar lejh u qallu: “Huwa int, Għaxajel?” U dak wieġbu: “Jien.”
21U Abner qallu: “Dur lejn ix-xellug jew lejn il-lemin, aqbad f’wieħed miż-żgħażagħ, u ħudlu ħżiemu.” U Għaxajel ma riedx iwarrab minn warajh.
22U Abner issokta jgħid lil Għaxajel: “Żul minn warajja, li ma nonxrokx fl-art, u mbagħad kif inkun nista’ nerfa’ wiċċi quddiem ħuk Ġowab?”2 Sam 3,27-28.
23U hu ma riedx iwarrab, u Abner darbu b’tarf il-lanza f’żaqqu, u l-lanza ħarġet minn dahru u baqa’ mejjet fl-art. U kull min kien jgħaddi minn fejn kien waqa’ Għaxajel u miet, kien jibqa’ ċċassat.
24Imma Ġowab u Abisaj telqulha għal wara Abner, u għall-ħabta ta’ nżul ix-xemx waslu ħdejn l-għolja ta’ Amma, li tinsab biswit Ġijaħ fuq it-triq li tieħu għad-deżert ta’ Gibgħon.
25U n-nies ta’ Benjamin inġemgħu madwar Abner, u ngħaqdu bejniethom, u ħadu posthom fuq il-quċċata tal-għolja.
26U Abner sejjaħ lil Ġowab u qallu: “Se tibqa’ x-xabla sejra bil-qerda għal dejjem? Jaqaw ma tafx li fl-aħħar ikun hemm l-imrar? Kemm se ddum ma tgħid lill-poplu li ma jibqgħux jiġru wara ħuthom?”
27U Ġowab qal: “Daqs kemm hu ħaj Alla, li kieku ma tkellimtx int, il-poplu kollu kien jibqa’ sejjer wara ħuthom sa għada filgħodu.”
28U Ġowab daqq il-kornu u l-poplu waqaf, u ma baqax jiġri wara Iżrael, u ma ssuktawx aktar jitqabdu bejniethom.
29Abner u n-nies tiegħu baqgħu sejrin lejn l-Għaraba l-lejl kollu, qasmu l-Ġordan, u baqgħu miexja filgħodu kollu sa ma waslu Maħanajm.
30Ġowab imbagħad raġa’ lura minn wara Abner u ġama’ n-nies kollha; u nqerdu min-nies ta’ David dsatax-il raġel u Għaxajel.
31U n-nies ta’ David qatlu mit-tribù ta’ Benjamin u min-nies ta’ Abner tliet mija u sittin ruħ.
32U ġarrew lil Għaxajel u difnuh f’qabar missieru f’Betlehem. U Ġowab u n-nies tiegħu baqgħu jterrqu l-lejl kollu, u mas-sebħ waslu Ħebron.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.