LEVITIKU 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6Is-sagrifiċċju ta’ kuljum

1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

2“Ordna lil Aron u lil uliedu, u għidilhom: Din hi l-liġi tas-sagrifiċċju tal-ħruq; il-vittma tinħaraq il-lejl kollu fuq maġmar fuq l-artal sas-sebħ u n-nar tal-artal jibqa’ mqabbad fih.

3U l-qassis jilbes il-libsa tiegħu tal-għażel u l-qalziet tal-għażel fuq il-laħam, ineħħi l-irmied tal-vittma maħruqa bin-nar fuq l-artal, u jqiegħdu ħdejn l-artal.

4Imbagħad jinża’ l-ħwejjeġ li jkollu fuqu, u jilbes oħrajn u joħroġ l-irmied minn nofs il-kamp f’post nadif..”

L-offerta tal-konsagrazzjoni

12Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

13“Din hi l-offerta li Aron u wliedu għandhom iressqu quddiem il-Mulej f’jum il-konsagrazzjoni tagħhom: waħda minn għaxra ta’ efa smid, bħala offerta ta’ kuljum, nofsha filgħodu u nofsha filgħaxija., u jekk joqtor id-demm fuq il-ħwejjeġ, fejn joqtor fuqu jinħasel f’post sagru.

21Il-borma tal-fuħħar li tkun mgħollija fiha, titkisser; jekk tkun mgħollija f’borma tal-bronż, din għandha tingħorok u titlaħlaħ bl-ilma.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help