1Din hi t-tieni ittra li qiegħed niktbilkom, ħuti għeżież. Fihom it-tnejn nifhem inqajjem fikom ħsibijiet sbieħ billi nfakkarkom f’dak li diġà tafu.
2Ftakru fil-kliem li diġà qalu l-profeti qaddisa, u wkoll fil-kmandament tal-Mulej u s-Salvatur tagħna, li wasslulkom l-appostli tagħkom., kollox baqa’ miexi kif kien sa mill-bidu tal-ħolqien.”
5Dawn jinsew, għax iridu, li sa minn żmien ilu kienu s-smewwiet u l-art, li saret mill-ilma u żżomm bl-ilma bis-saħħa tal-kelma ta’ Alla;..
14Għalhekk, ħuti għeżież, waqt li nistennew dan kollu, qisu li jsibkom fis-sliem, bla tebgħa u bla dnub.
15Is-sabar li bih il-Mulej jeħodna qisuh bħala salvazzjoni tagħna. Hekk ukoll kitbilkom Pawlu, ħuna l-għażiż, skont l-għerf li ngħata lilu.Rum 2,4; 2 Pt 3,9.
16Hekk kiteb fl-ittri kollha tiegħu, li fihom tkellem fuq din il-ħaġa. Dawn l-ittri fihom xi ħwejjeġ li huma tqal biex wieħed jifhimhom, u dawk li ma jifhmux u li mhumiex sħaħ biżżejjed ifissruhom ħażin għat-telfien tagħhom stess; hekk jagħmlu wkoll mill-kotba l-oħra tal-Iskrittura.
17Intom, mela, ħuti għeżież, ladarba tafu dan, għassu sewwa li ma tisfawx maħkuma mill-iżbalji ta’ dawn in-nies bla rażan u taqgħu mnejn tinsabu fis-sod.Mk 13,5; 1 Kor 10,12.
18Ikbru fil-grazzja u fl-għarfien ta’ Sidna u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu.
Lilu glorja issa u għal dejjem.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.