ESDRA 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Il-lista tal-eżiljati li reġgħu lura

1Dawn huma n-nies tal-provinċja li telgħu mill-jasar tal-eżilju. Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, kien eżiljahom fil-Babilonja; huma reġgħu lura Ġerusalemm u Ġuda, kulħadd lejn il-belt tiegħu.

41Il-kantanti: ulied Asaf kienu mija u tmienja u għoxrin.

42Il-purtinara tat-tempju: ulied Sallum, ulied Ater, ulied Talmon, ulied Għakkub, ulied Ħatita, ulied Sobaj, ilkoll flimkien kienu jgħoddu mija u disgħa u tletin.

43L-ilsiera tat-tempju: ulied Siħa, ulied Ħaxufa, ulied Tabgħot,

44ulied Keros, ulied Sigħaħa, ulied Padon,

45ulied Lebana, ulied Ħagaba, ulied Għakkub,

46ulied Ħagab, ulied Salmaj, ulied Ħanan,

47ulied Giddel, ulied Gaħar, ulied Raja,

48ulied Resin, ulied Nekoda, ulied Ġażżim,

49ulied Għużża, ulied Paseħa, ulied Besaj,

50ulied Asna, ulied Megħunim, ulied Nefusin,

51ulied Bakbuk, ulied Ħakufa, ulied Ħarħur,

52ulied Baslut, ulied Meħida, ulied Ħarsa,

53ulied Barkos, ulied Sisera, ulied Tamaħ,

54ulied Nesijaħ, ulied Ħatifa.

55Ulied il-qaddejja ta’ Salamun: ulied Sotaj, ulied Ħassoferet, ulied Peruda,

56ulied Ġagħala, ulied Darkon, ulied Giddel;

57ulied Sefatija, ulied Ħattil, ulied Pokret-ħasbajim, ulied Ami.

58L-ilsiera tat-tempju u wlied il-qaddejja ta’ Salamun ilkoll flimkien kienu jġibu tliet mija u tnejn u disgħin.

59Kien hemm dawk li telgħu minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addan, u Immer, mingħajr ma setgħu jgħidu liema kienet dar missierhom u x’kien in-nisel tagħhom, jekk kinux minn Iżrael jew le.

60Dawn kienu: ulied Delaja, ulied Tobija, u wlied Nekoda, b’kollox sitt mija u tnejn u ħamsin.

61Minn ulied il-qassisin kien hemm ulied Ħabajja, ulied Ħakkos, ulied Barżillaj, li kien ħa b’martu waħda mill-bniet ta’ Barżillaj il-Gilgħadi, u beda jissejjaħ b’isimhom..

64Il-ġemgħa kollha f’daqqa kienet ta’ tnejn u erbgħin elf, tliet mija u sittin ruħ.

65Dawn barra l-qaddejja tagħhom, irġiel u nisa, li kienu sebat elef, tliet mija u sebgħa u tletin, u barra l-kantanti tagħhom, irġiel u nisa, li kienu mitejn.

66Iż-żwiemel tagħhom kienu jgħoddu seba’ mija u sitta u tletin; il-bgħula tagħhom, mitejn u ħamsa u erbgħin;

67l-iġmla tagħhom, erba’ mija u ħamsa u tletin; u l-ħmir tagħhom sitt elef, seba’ mija u għoxrin.

68U meta xi wħud mill-kapijiet tal-familji waslu ħdejn it-tempju tal-Mulej f’Ġerusalemm, minn rajhom għamlu offerti lit-tempju ta’ Alla ħalli jerġa’ jitla’ fil-post fejn kien qabel.

69Skont ma kienu jistgħu, taw lit-teżor li kienu qegħdin jiġbru għall-bini, wieħed u sittin elf darik tad-deheb, ħamest elef mina tal-fidda, u mitt libsa tal-qassisin.

70U l-qassisin, il-Leviti u biċċa mill-poplu, qagħdu Ġerusalemm, imma l-kantanti, il-purtinara tat-tempju, u l-ilsiera tat-tempju, marru joqogħdu fl-ibliet tagħhom. L-Iżraelin kollha marru joqogħdu fl-ibliet tagħhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help