ĦAGGAJ 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Il-glorja tat-tempju

1Fit-tieni sena tas-sultan Dariju, fis-seba’ xahar, fil-wieħed u għoxrin tax-xahar, ġiet il-kelma tal-Mulej permezz ta’ Ħaggaj, il-profeta, u qallu:

2“Isa, mur kellem lil Żerubbabel bin Sijaltijel, gvernatur ta’ Ġuda, u lil Ġożwè bin Ġeħosadak, il-qassis il-kbir, u lill-bqija tal-poplu, u għidilhom:

3Min għad baqa’ fostkom li ra dan it-tempju fil-glorja li kellu qabel? U issa kif qegħdin tarawh? F’għajnejkom mhux forsi qisu xejn?,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.Mistoqsija lill-qassisin

10Fid-disa’ xahar tat-tieni sena ta’ Dariju, fl-erbgħa u għoxrin tax-xahar, ġiet il-kelma tal-Mulej lill-profeta Ħaggaj u qallu:

11“Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Mur staqsi lill-qassisin huma x’jidhrilhom skont il-liġi u għidilhom:, mill-jum li fih tqiegħdu s-sisien tas-santwarju tal-Mulej: ġibu quddiem għajnejkom

19jekk għadx baqa’ qamħ fil-maħżen, u jekk id-dielja u t-tina u r-rummiena u ż-żebbuġa għadhomx jagħmlu frott! Mil-lum stess jiena nibda nbierek.”

Wegħda lil Żerubbabel

20Fl-erbgħa u għoxrin tax-xahar għat-tieni darba l-Mulej kellem lil Ħaggaj u qallu:

21“Kellem lil Żerubbabel, gvernatur ta’ Ġuda, u għidlu: Jiena se nheżżeż is-smewwiet u l-art,

22naqleb it-tron tas-saltniet u neqred il-qawwa tas-slaten tal-ġnus, naqleb il-karru u r-rikkieb tiegħu u jaqgħu ż-żwiemel u r-rikkieba tagħhom, kull wieħed bis-sejf ta’ sieħbu., oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, jien nieħu lilek, Żerubbabel bin Sijaltijel, qaddej tiegħi, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, u nagħmlek bħal siġill, għax lilek għażilt.” Oraklu tal-Mulej tal-eżerċti.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help