ISAIJA 18 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 18L-oraklu fuq l-Etjopja

1“Gwaj għall-art tal-insetti jżanżnu,

’l hemm mix-xmajjar ta’ Kus.

2Tibgħat messaġġiera bil-baħar,

f’dgħajjes tal-bordi fuq wiċċ l-ilma!

Morru, messaġġiera ħfief,

għand ġens ta’ nies misluta b’ġilda mielsa,

għand poplu jbażża’ fil-qrib u fil-bogħod,

ġens qawwi u rebbieħ,

artu jaqsmuha x-xmajjar.

3Intom ilkoll li tgħammru d-dinja,

intom li tgħixu fl-art,

malli jitla’ s-sinjal fuq l-għoljiet, ħarsu;

isimgħu malli ddoqq it-tromba.

4Għax dan qalli l-Mulej:

‘Jien inħares bi kwieti mill-għamara tiegħi,

bħas-sħana kalma tas-sirġa tax-xemx,

bħal sħaba nida fis-sħana tal-ħsad.’

5Għax qabel il-ħsad, meta jintemm l-inwar,

il-fjura ssir għanqud misjur,

imbagħad jinżabru l-friegħi bl-imqass,

u ż-żraġen jitqaċċtu u jintremew.

6Jitħallew gozz għat-tajr tal-priża;

u l-bhejjem tal-art.

Fuqhom jgħaddu s-sajf it-tajr tal-priża;

u l-bhejjem kollha tal-art jgħaddu x-xitwa.

7F’dak iż-żmien iġib offerta lill-Mulej tal-eżerċti

poplu ta’ nies misluta b’ġilda mielsa

- poplu jbażża’ fil-qrib u fil-bogħod,

ġens qawwi u rebbieħ, artu jaqsmuha x-xmajjar -

fil-post ta’ isem il-Mulej tal-eżerċti,

fuq l-għolja ta’ Sijon.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help