1Salamun kien jaħkem fuq is-saltniet kollha mix-xmara sal-art tal-Filistin u l-fruntieri tal-Eġittu; kollha kienu jħallsu t-tribut u kienu jservu lil Salamun għomru kollu.
2U l-provvista ta’ kuljum għall-ikel għal Salamun kienet: tletin kor smid u sittin kor dqiq;, minn Tifsa sa Gaża, fuq is-slaten kollha ’l hawn mix-xmara. Kien isaltan is-sliem fl-inħawi kollha ta’ madwaru.
5Il-poplu ta’ Ġuda u Iżrael kien jgħix fiż-żgur, kulħadd taħt id-dielja u t-tina tiegħu, minn Dan sa Birsaba, iż-żmien kollu ta’ Salamun.
6Salamun kellu erbgħin elf stalla għaż-żwiemel u għall-karrijiet tiegħu, u tnax-il elf rikkieb.
7Il-kummissarji kienu jaħsbu, kull wieħed fix-xahar tiegħu, għall-ikel għas-sultan Salamun, u għal dawk kollha li kienu jieklu mill-mejda ta’ Salamun; ma kienu jħallu jonqos xejn.
8Kienu jieħdu wkoll ix-xgħir u t-tiben għaż-żwiemel u l-bhejjem tat-tagħbija, kulħadd fil-post fejn imissu, u skont ma kellu jagħmel.
9U Alla ta għerf lil Salamun u dehen kbir ħafna, u moħħ bla qjies bħar-ramel f’xatt il-baħar.
16Lil Ħiram, imbagħad, Salamun bagħat jgħidlu:
17“Kif taf int, David missieri ma kienx irnexxielu jibni tempju għal isem il-Mulej, Alla tiegħu, minħabba l-gwerer li fihom sab ruħu mdawwar b’għedewwa minn kull naħa; sa ma l-Mulej ġabhom taħt qigħan riġlejh.
18U issa li l-Mulej, Alla tiegħi, serraħni mill-ġlied fuq kull naħa, ebda għadu u ebda tfixkil ma baqagħli.
19Hawn jien, għalhekk, qiegħed naħseb biex nibni tempju għal isem il-Mulej, Alla tiegħi, hekk kif il-Mulej kien wiegħed lil David missieri, meta qallu: ‘Dak ibnek li jiena nqiegħdu suċċessur tiegħek fuq it-tron, hu jkun li jibni t-tempju għal ismi.’, ikel għal daru, u għoxrin kor żejt fin. Daqshekk kien jagħti Salamun lil Ħiram, sena wara sena.
26U l-Mulej kien ta lil Salamun għerf bħalma kien wiegħdu. Kien hemm il-paċi bejn Ħiram u Salamun, u għamlu patt bejniethom.
Il-bini tat-tempju27Is-sultan Salamun ġabar bil-lieva tletin elf raġel minn Iżrael kollu.
28Kien jibgħathom il-Libanu, qatgħa wara oħra, għaxart elef fix-xahar; xahar kienu jagħmluh fil-Libanu, u xahrejn f’darhom. Kien jieħu ħsiebhom Adoniram.
29Ma’ dawn Salamun kellu sebgħin elf ruħ oħra għat-tagħbija u tmenin elf għall-qtugħ tal-ġebel mill-muntanja.2 Kron 2,2-17.
30Barra t-tlitt elef u tliet mitt suprentendent li għażel biex jgħassu fuq in-nies tax-xogħol.
31U s-sultan ordna li jaqtgħu ġebel kbir, ġebel magħżul, ġebel minġur kwadru għas-sisien tat-tempju.
32U l-bennejja ta’ Salamun u l-bennejja ta’ Ħiram u l-Giblin naġru l-ġebel, u ħejjew l-injam u l-ġebel biex jibnu t-tempju.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.