1“Jekk ikun hemm xi tilwima bejn tnejn min-nies dawn għandhom jersqu quddiem il-qorti u jagħmlu ħaqq minnhom, u jagħtu raġun lil min ikollu raġun, u tort lil min ikollu tort.
2U jekk il-ħati jkun jistħoqqlu s-swat, l-imħallef imiddu fl-art u jsawtuh quddiemu bl-għadd skont il-ħtija tiegħu.
3Jagħtuh erbgħin daqqa, u mhux aktar, li ma jmorrux isawtuh aktar minn hekk, u ħuk jitlef ġieħu quddiemek.
4“Ma għandekx tagħmel is-sarima lill-gendus li jkun jidres.Iż-żwieġ tal-armla ma’ ħatinha
5“Jekk aħwa jgħixu flimkien, u jmut wieħed minnhom, u ma jkollux tfal, il-mara tal-mejjet m’għandhiex tiżżewweġ barra l-familja lil xi ħadd barrani; ħatinha jersaq lejha, u jeħodha b’martu, u jaqdi dmiru ta’ ħu żewġha li hu.
14“Ma għandux ikollok f’darek kejl u kejl, wieħed kbir u l-ieħor żgħir.
15Għandu jkollok użin sħiħ u sewwa, kejl sħiħ u sewwa, u hekk itul għomrok fuq l-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik.
16Għax jistkerrah il-Mulej, Alla tiegħek, lil kull min jagħmel dawn il-ħwejjeġ, lil kull min jagħmel il-qerq.
Il-qerda ta’ Għamalek17“Ftakar x’għamillek Għamalek int u ħiereġ mill-Eġittu;Eż 17,8-16; 1 Sam 15.
18kif laqgħek fit-triq, u qatagħlek minn warajk lil dawk kollha li kienu jkarkru warajk, u int kont għajjien u mifni, u hu ma beżax minn Alla.
19Mela meta l-Mulej, Alla tiegħek, iserrħek mill-għedewwa tiegħek ta’ madwarek fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik b’wirt biex teħodha f’idejk, ħassar it-tifkira ta’ Għamalek minn taħt is-smewwiet. Qis li ma tinsiex.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.