LEVITIKU 22 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 22Min jgħix mill-artal

1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu

2“Għid lil Aron u lil uliedu, li jżommu ’l bogħod mill-ħwejjeġ imqaddsa li wlied Iżrael jikkonsagraw lili, u ma jipprofanawx l-isem qaddis tiegħi: Jiena l-Mulej.

3Għidilhom: Jekk xi ħadd minn uliedkom jersaq lejn il-ħwejjeġ qaddisa li jikkonsagraw ulied Iżrael lill-Mulej, meta jkun imniġġes, dan il-bniedem jitwarrab minn quddiemi: Jiena l-Mulej.

4“Ħadd minn nisel Aron li jkollu l-ġdiem jew xi nxija ma għandu jiekol mill-offerti mqaddsa sakemm ma jitnaddafx; lanqas min ikun mess xi ħaġa mniġġsa b’ġisem mejjet, jew li kellu tixrid iż-żerriegħa,

9“Ħa jħarsu l-preskrizzjonijiet tiegħi, u ma jitgħabbewx bi dnubhom, u jmutu bih għax ikunu pprofanaw l-ikel: Jiena l-Mulej li nqaddishom.

10“L-ebda bniedem profan ma għandu jiekol mill-offerti mqaddsa, u lanqas ma għandu jiekol minnhom min joqgħod ma’ qassis jew ħaddiem mikri.

26U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

27“Għoġol, ħaruf jew gidi, malli jitwieled, jibqa’ sebat ijiem ma’ ommu. Mit-tmien jum ’il quddiem jista’ jkun milqugħ b’offerta għas-sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej.

31“Ħarsu l-ordnijiet tiegħi u agħmluhom: Jiena l-Mulej.

32“Tipprofanawx l-isem qaddis tiegħi, u jien nitqaddes fost ulied Iżrael: Jiena l-Mulej li nqaddiskom,

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help