1Il-kelma li ġiet lil Ġeremija mingħand il-Mulej wara li Nebużaradan, kmandant tal-għases, bagħtu ħieles minn Rama, għax kien sabu marbut bil-ktajjen f’nofs l-eżiljati minn Ġerusalemm u Ġuda, li kienu sejrin fl-eżilju fil-Babilonja.
2U l-kmandant tal-għases qabad lil Ġeremija u qallu: “Il-Mulej Alla tiegħek kien ħabbar din il-ħsara fuq dan il-post.
3U l-Mulej ġiebha u temm kulma kien ħabbar għax intom dnibtu kontra l-Mulej; u ma smajtux minn kelmtu, u għalhekk ġralkom dan kollu.
4U issa, arani, jiena neħilsek mill-ktajjen li għandek ma’ idejk. Jekk jogħġbok tiġi Babilonja, ejja, u jien inżomm għajnejja fuqek; jekk ma jogħġbokx tiġi miegħi Babilonja, oqgħod hawn. Ara, l-art kollha quddiemek, ara fejn jogħġbok u jaqbillek tmur, u mur hemm.
6U Ġeremija mar għand Gedalija bin Aħikam f’Misfa, u baqa’ miegħu f’nofs il-poplu li kien baqa’ fil-pajjiż.Gedalija gvernatur tal-pajjiż
7Il-fizzjali tal-eżerċtu li kienu mxerrdin fil-kampanja semgħu, huma u n-nies tagħhom, li s-sultan ta’ Babilonja kien qiegħed lil Gedalija bin Aħikam, gvernatur fuq il-pajjiż, u fdalu f’idejh l-irġiel, in-nisa, it-tfal u l-fqar tal-pajjiż, li ma kinux ħaduhom fl-eżilju f’Babilonja.
15Ġeħonan bin Kareħa kellem bil-moħbi lil Gedalija f’Misfa u qallu: “Ħalli mmur u noqtol lil Ismagħel bin Netanija, bla ma ħadd ikun jaf. Għala għandu jneħħilek ħajtek, u hekk jixxerrdu l-Lhud kollha li nġabru madwarek, u jinqered dak li fadal minn Ġuda?”
16Imma Gedalija bin Aħikam wieġeb lil Ġoħanan bin Kareħa: “La tagħmilx din il-ħaġa għax din hi gidba li qiegħed tgħid fuq Ismagħel.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.