1Għanja tat-Telgħat.
Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon,
konna qisna mitlufa f’ħolma;
2imbagħad bid-daħk imtela fommna,
u bl-għajjat ta’ ferħ ilsienna.
Imbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus:
“Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom!”
3Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!
U aħna bil-ferħ imtlejna.
4Biddel, Mulej, xortina
bħall-widien tan-Negeb!
5Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ
jaħsdu bl-għana ta’ ferħ.
6Huma u sejrin, imorru jibku,
iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ,
iġorru l-qatet f’idejhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.