1Kellu ħamsa u għoxrin sena Ġotam meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Ġerusa bint Sadok.2 Slat 15,32-38.
2U għamel is-sewwa f’għajnejn il-Mulej bħalma kien għamel Għużżija, missieru. Biss ma daħalx fis-santwarju tal-Mulej u l-poplu kompla jitħassar.
3Huwa bena l-Bieb il-Kbir tat-tempju tal-Mulej, u bena ħafna fis-swar tal-Għofel.
4Bena wkoll bliet fuq l-għoljiet ta’ Ġuda; u fil-foresti bena fortizzi u torrijiet.
5U tqabad ukoll mas-sultan ta’ wlied Għammon, u għalibhom; u tawh ulied Għammon dik is-sena mitt talent tal-fidda u għaxart elef kor qamħ u għaxart elef oħra xgħir. Dan it-tribut ġabuhulu wlied Għammon fit-tieni u t-tielet sena wkoll.
6U Ġotam kompla ssaħħaħ għax żamm sewwa fi triqtu quddiem il-Mulej, Alla tiegħu.
7Il-bqija tal-ġrajja ta’ Ġotam, u l-gwerer u l-imġiba kollha tiegħu huma miktuba fi Ktieb is-Slaten ta’ Iżrael u Ġuda.
8Kellu ħamsa u għoxrin sena meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm.
9U strieħ Ġotam ma’ missirijietu, u difnuh fil-belt ta’ David; u daħal isaltan floku Aħaż ibnu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.