2 TIMOTJU 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Is-suldat ta’ Kristu

1Int mela, ibni, qawwi ruħek fil-grazzja li hi fi Kristu Ġesù,

2u kulma smajt mingħandi quddiem ħafna xhieda, għaddih lil nies ta’ fiduċja, li huma stess ikollhom il-ħila jgħallmuh ukoll lil oħrajn.

3Bati inti wkoll miegħi bħala suldat tajjeb ta’ Kristu Ġesù.

4Ebda suldat taħt l-armi, jekk irid jogħġob lil min daħħlu fis-servizz, ma jindaħal f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja ċivili.

5Hekk ukoll l-atleta ma jiħux il-premju jekk ma jkunx mexa skont ir-regoli.

6Il-bidwi li jitħabat għandu jkun l-ewwel wieħed li jieħu mill-frott.

13jekk nonqsu mill-kelma li tajna, hu jibqa’ jżomm kelmtu;

għax hu ma jistax iqarraq bih innifsu.Il-ħaddiem imħarreġ

14F’dan fakkarhom u widdibhom sewwa quddiem Alla, li ma joqogħdux jintilfu fi kwistjonijiet dwar kliem li ma jiswa għal xejn ħlief biex jagħmel il-ħsara lil min jisimgħu.

20F’dar kbira ma hemmx biss tagħmir tad-deheb u l-fidda, imma wkoll tal-għuda u tal-fuħħar; u xi wħud minnhom ninqdew bihom għal għan ta’ ġieħ, oħrajn għal għan bla ġieħ.

21Jekk wieħed jissaffa minn dawn il-ħwejjeġ, huwa jsir biċċa tagħmir għal għan ta’ ġieħ, tagħmir imqaddes, ta’ siwi għal sidu, imħejji għal kull għemil tajjeb.

22Aħrab il-ġibdiet taż-żgħożija; fittex bil-ħerqa s-sewwa, il-fidi, l-imħabba u s-sliem, flimkien ma’ dawk li jsejħu ’l-Mulej b’qalb safja.1 Tim 6,11.

23Tindaħalx fi kwistjonijiet boloh u bla għaqal, għax taf li dawn iġibu l-ġlied.1 Tim 4,7.

24Min hu qaddej tal-Mulej m’għandux joqgħod jitlewwem; imma għandu jkun ħlejju ma’ kulħadd, jinqala’ biex jgħallem, kollu sabar;1 Tim 3,3; Tit 1,7.

25iwiddeb bil-ħlewwa lil dawk li ma jaqblux miegħu; għandu mnejn Alla jagħtihom l-indiema, u hekk jagħrfu l-verità u jiġu f’sensihom,1 Tim 2,3.

26u jeħilsu mix-xbiek tax-Xitan li kien qabadhom taħt idejh biex jagħmlu r-rieda tiegħu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help