ATTI TAL-APPOSTLI 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14Pawlu u Barnaba f’Ikonju

1Meta kienu Ikonju, daħlu wkoll fis-sinagoga tal-Lhud u tkellmu b’mod li kotra kbira ta’ nies, sew Lhud u sew Griegi, emmnu.

2Imma l-Lhud li ma laqgħux il-fidi xewxu l-pagani u għawewhom kontra l-aħwa nsara. u ’l Pawlu Ermi, għax hu l-aktar li tkellem.

13Il-qassis ta’ Żews, li kellu t-tempju tiegħu ħdejn il-belt, ġieb fil-bieb gniedes imżejnin bil-kuruni u, flimkien mal-poplu, ried joffrihomlhom b’sagrifiċċju.

14Malli semgħu b’dan, l-appostli Barnaba u Pawlu ċarrtu lbieshom, resqu malajr lejn il-ġemgħa, u bdew jgħajtu

15u jgħidu: “Ħbieb, hemm x’intom tagħmlu? Aħna wkoll bnedmin, ngħixu u nħossu bħalkom, bnedmin li ġejna nħabbrulkom l-Evanġelju biex tħallu dawn l-idoli fiergħa u dduru lejn Alla l-ħaj, li għamel is-sema u l-art u l-baħar u kulma fihom. u ġew fil-Pamfilja.

25Wara li xandru l-kelma f’Perġe, niżlu Attalija;

26minn hemm marru bil-baħar lejn Antjokja, mnejn kienu bagħtuhom u rrikkmandawhom f’idejn il-grazzja ta’ Alla għax-xogħol li temmew.Atti 13,1-2; 15,40.

27Meta waslu, laqqgħu l-membri tal-Knisja u qagħdu jgħarrfuhom b’dak kollu li Alla għamel magħhom, u wrewhom kif fetaħ il-bieb tal-fidi għall-pagani.Atti 11,18; 13,47-48; 15,4-12.

28Hemm qagħdu għal ftit żmien sewwa mad-dixxipli.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help