1Aħna nafu li jekk din it-tinda tal-għamara tagħna fl-art tiġġarraf, aħna għandna dar oħra, maħduma mhux bl-idejn, imma xogħol ta’ Alla, għal dejjem fis-sema.
6Aħna dejjem qalbna qawwija u nafu li sakemm indumu mlibbsa b’dan il-ġisem, nibqgħu ’l bogħod mill-Mulej; Il-ministeru tar-rikonċiljazzjoni
11Aħna li nafu x’jiġifieri l-biża’ tal-Mulej, nipperswadu lill-bnedmin għal magħna. Alla jafna; nittama li l-kuxjenza tagħkom tafna wkoll.
16Għalhekk aħna ma nagħrfu lil ħadd skont il-ġisem. Jekk għarafna lil Kristu skont il-ġisem, issa ma nagħrfuhx aktar hekk.
17Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid; il-qadim għadda u daħal il-ġdid.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.