BIN SIRAK 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5L-għana u l-preżunzjoni

1Isserraħx fuq il-ġid li għandek,

u tgħidx, ‘Dan biżżejjed għalija.’

2Tħallix il-ġibdiet u saħħtek imexxuk huma,

biex timxi wara dak li tixtieq qalbek.

3U tgħidx: “Min jista’ għalija,”

għax il-Mulej żgur jitħallas minnek.

4Tgħidx: “Dnibt! B’daqshekk xi ġrali!”

għax il-Mulej idum biex jagħdab.

5La sserraħx rasek mill-maħfra,

hekk li żżid dnub fuq ieħor.

6U tgħidx, “Il-ħniena tiegħu kbira;

jaħfirli l-kotra ta’ dnubieti”;

għax kemm il-ħniena u kemm l-għadab huma tiegħu,

imma fuq il-midinbin iniżżel l-għadab.

7Toqgħodx tistenna biex iddur lejn il-Mulej,

u tħallix minn jum għal ieħor,

għax ħin bla waqt jasal għadab il-Mulej,

u meta jiġi biex jitħallas minnek, tintilef għalkollox.

8Isserraħx fuq ġid li qlajt bil-qerq,

għax xejn ma jkun jiswielek fi żmien l-għawġ.Is-sinċerità u r-rażan

9Idderrix fl-irjieħ kollha,

u timxix f’kull mogħdija:

jagħmel hekk il-midneb li issa jgħid ħaġa u issa oħra.

10Kun sod fil-fehma tiegħek

u għid dejjem l-istess kliem.

11Kun ħafif biex tisma’,

imma aħsibha qabel twieġeb.

12Jekk tifhem f’xi ħaġa, wieġeb lill-ġar tiegħek,

imma jekk le, qiegħed idek fuq fommok.

13Ġieħ u għajb iġib il-kliem,

u lsien il-bniedem hu t-telfien tiegħu.

14Tħallix min isejjaħlek giddieb,

u tistad lil ħadd b’ilsienek,

15għax, jekk il-ħalliel hu bla ġieħ,

min jitkellem issa mod u issa ieħor jikkundannawh.

16La titqarraqx la fi ħwejjeġ kbar,

u lanqas fi ħwejjeġ żgħar,

u flok ta’ ħabib iġġibx ruħek ta’ għadu,

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help