LHUD 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5

1Kull qassis il-kbir meħud minn fost il-bnedmin, hu mqiegħed għall-bnedmin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla, biex joffri għotjiet u sagrifiċċji għad-dnubiet.

2Hu dak li jista’ jagħder ’il dawk li ma jafux u li jiżbaljaw, għax huwa mlibbes bid-dgħufija;

5Għax hekk ukoll Kristu ma tax lilu nnifsu l-ġieħ li jkun il-qassis il-kbir, imma dan tahulu Alla, li qallu:

“Ibni int;

illum jien nissiltek.”

6U kif jgħid ukoll band’oħra:

“Int qassis għal dejjem

skont l-ordni ta’ Melkisedek.”

7Meta kien jgħix fuq din l-art, Kristu offra talb u suppliki b’leħen għoli u bid-dmugħ lil dak li seta’ jsalvah mill-mewt. U kien mismugħ minħabba fil-qima tiegħu lejn Alla.Nimxu ’l quddiem

11Fuq dan Melkisedek għandna ħafna xi ngħidu, ħwejjeġ tqal biex tfissirhom, ladarba intom sirtu tqal biex tisimgħuhom.

12Tant hu hekk li għalkemm issa jmisskom sirtu mgħallmin, għadkom teħtieġu ’l min jgħallimkom mill-ġdid l-ewwel elementi tal-kelma ta’ Alla; ġejtu fil-bżonn li tieħdu l-ħalib, u mhux ikel sħiħ.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help