RUMANI Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn l-ittraPawlu kellu l-pjan li jmur Ruma u jaħdem biex iwassal l-Evanġelju f’dik il-belt importanti, u wara li jqatta’ xi żmien hemmhekk, jitlaq lejn Spanja li kienet titqies bħala t-tarf tad-dinja kif magħrufa sa dak iż-żmien. Ried jintroduċi ruħu mar-Rumani li kien għadu qatt ma żar, imma li kien jaf xi wħud minnhom b’isimhom.Il-messaġġ prinċipali ta’ din l-ittra hu s-salvazzjoni tal-bnedmin kollha permezz ta’ Kristu. Pawlu jgħidilhom li hu bħala appostlu magħżul minn Alla kellu aħbar tajba xi jxandar. L-Aħbar it-Tajba hi li Alla ta lill-bnedmin kollha t-triq tas-salvazzjoni bil-fidi. M’hemmx Lhud jew pagani, għax ilkoll kemm aħna għandna n-nuqqasijiet xi nsewwu ma’ Alla.Hi l-fidi fi Kristu li toħloq ir-relazzjoni tan-nisrani ma’ Alla u biha jseħħ il-ħelsien mid-dnub u l-mewt. Jispjega wkoll l-iskop wara l-Liġi tat-Testment il-Qadim u kif din ġiet imġedda minn Kristu biex hekk il-Lhud u l-pagani jidħlu fil-pjan tas-salvazzjoni ta’ Alla.Filwaqt li jiddiskuti l-aspetti differenti tal-imħabba ta’ Alla fil-pjan tas-salvazzjoni universali, Pawlu bħal jintilef f’estasi ta’ tifħir, ringrazzjament u stagħġib għal kulma Alla lesta għall-bniedem sa mill-eternità.Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin. Kemm aktar u aktar issa li aħna ġġustifikati b’demmu, insalvaw permezz tiegħu mill-korla ta’ Alla! Jekk meta konna għadna għedewwa ta’ Alla tħabbibna miegħu bis-saħħa tal-mewt ta’ Ibnu, kemm iktar issa, li aħna ħbieb miegħu, insalvaw permezz tal-ħajja tiegħu? (5,8-10)It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni u t-tema tal-ittra (1,1-17)Il-bnedmin kollha għandhom isalvaw (1,18—3,20)Alla, kif isalvana (3,21—4,25)Il-ħajja ġdida fi Kristu (5,1—8,39)Iżrael fil-pjan ta’ Alla (9,1—11,36)Kif iġib ruħu n-nisrani (12,1—15,13)Konklużjoni u tislijiet personali (15,14—16,27)