1Dan hu l-kliem tal-ittra li bagħat Ġeremija l-profeta minn Ġerusalemm lill-bqija tal-anzjani fl-eżilju u lill-qassisin u lill-profeti u lill-poplu kollu, li kien ħadhom Nabukodonosor fl-eżilju f’Babilonja minn Ġerusalemm,
2wara li kienu ħarġu Ġekonija, is-sultan, u r-reġina-omm u l-ewnuki u l-prinċpijiet ta’ Ġuda u Ġerusalemm, in-nies tas-sengħa u l-ħaddieda.
8“Għax dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: ‘Tħalluhomx iqarrqu bikom il-profeti li hemm f’nofskom u l-ħabbara tagħkom. Tagħtux widen għall-ħolm li qegħdin joħolmu.
9Għax mhux veru li f’ismi qegħdin iħabbrulkom; jien ma bgħatthomx,’ oraklu tal-Mulej.
10“Għax dan jgħid il-Mulej: ‘Malli jgħaddu s-sebgħin sena minn fuq Babilonja, jien inżurkom u ntemm il-wegħda t-tajba li rreġġagħkom lura lejn dan il-post.
15“Billi intom għedtu: ‘Qajmilna l-Mulej profeti f’Babilonja’,
16dan jgħid il-Mulej lis-sultan li qiegħed fuq it-tron ta’ David u l-poplu kollu, li jgħammar f’din il-belt, ħutkom li ma ħarġux magħkom itturufnati.
17Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: ‘Arawni, se nibgħat f’nofshom ix-xabla, il-ġuħ u l-pesta, u nagħmilhom bħat-tin imħassar li ma tiklux, tant kemm hu ħażin.
24“U lil Semajja, in-Neħelami, għidlu:
25‘Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: Int bgħatt f’ismek ittra lill-poplu kollu li jgħammar f’Ġerusalemm, u lil Sefanija bin Magħxija, il-qassis, u lill-qassisin kollha u għedtilhom:
26‘Il-Mulej għamlek qassis minflok Ġeħojada, il-qassis, biex ikun hemm min jieħu ħsieb f’dar il-Mulej ta’ kull bniedem miġnun li jħabbar, u torbtu, u tixħtu l-ħabs.
27Għaliex mela ma ċanfartx lil Ġeremija minn Għanatot, li qiegħed iħabbar fostkom?
28Għax bagħat jgħidilna f’Babilonja: ‘Il-biċċa ġejja fit-tul. Ibnu djar u għammru fihom, xettlu ġonna u kulu frotthom.’ ”
29Sefanija, il-qassis, qara din l-ittra lil Ġeremija.
30U ġiet il-kelma tal-Mulej lil Ġeremija u qallu:
31“Ibgħat għid lill-itturufnati kollha dan li ġej: ‘Dan jgħid il-Mulej għal Semajja, in-Neħelami. Talli ħabbrilkom Semajja bla ma jien bgħattu u ġagħalkom tittamaw f’gidba,
32għalhekk dan jgħid il-Mulej: Arani, jien se nieħu ħsieb Semajja, in-Neħelami, u nislu: ma jibqagħlu ’l ħadd minnhom li jgħammar f’nofs dan il-poplu biex jara l-ġid li jien se nagħmel lill-poplu tiegħi, oraklu tal-Mulej, għax hu xandar it-tixwix kontra l-Mulej.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.