1F’dik is-sena, fil-bidu tas-saltna ta’ Sedekija, sultan ta’ Ġuda, fil-ħames xahar tar-raba’ sena, Ħananija bin Għażżur, profeta minn Gibgħon, ġie fit-tempju tal-Mulej, u taħt għajnejn il-qassisin u l-poplu kollu qalli:
10Imbagħad il-profeta Ħananija qabad il-madmad minn fuq għonq il-profeta Ġeremija u kissru,
11u qal Ħannanija quddiem il-poplu kollu: “Hekk jgħid il-Mulej: Sa sentejn oħra, hekk se nkisser minn fuq għonq il-ġnus kollha l-madmad ta’ Nabukodonosor, is-sultan ta’ Babilonja.”
U l-profeta Ġeremija qabad triqtu u telaq.
12Wara li Ħananija, il-profeta, kien kisser il-madmad minn fuq għonq il-profeta Ġeremija, il-Mulej kellem lil Ġeremija u qallu:
13“Mur kellem lil Ħananija u għidlu: Hekk jgħid il-Mulej: ‘Int kissirt madmad tal-ħatab, iżda minfloku għad ikollok madmad tal-ħadid.’
14Għax hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: ‘Madmad tal-ħadid inqiegħed fuq għonq dawn il-ġnus kollha, ħalli jaqgħu lsiera ta’ Nabukodonosor, is-sultan ta’ Babilonja, u jaqduh; għax jien tajtu saħansitra l-bhejjem tax-xagħri.’ ”
15Il-profeta Ġeremija qal lil Ħananija l-profeta: “Ħananija, ismagħni, nitolbok: ma kienx il-Mulej li bagħtek, imma int ġagħalt lil dan il-poplu jittama f’gidba.
16Għalhekk dan jgħid il-Mulej: ‘Ara, se nqaċċtek minn fuq wiċċ l-art, u inti tmut dis-sena stess għax bit-taħbir tiegħek ridt ixxewwex kontra l-Mulej!”
17Ħananija l-profeta miet fis-seba’ xahar ta’ dik is-sena stess.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.