2 SAMWEL 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14

1U Ġowab bin Seruja sar jaf li qalb is-sultan daret favur Absalom.

2U Ġowab bagħat iġib minn Tekugħa mara għaqlija u qalilha: “Agħmel tabirruħek vistuża, u ilbes il-vistu, u la tindilikx biż-żejt, imma ġib ruħek bħallikieku mara ilha vistuża għal żmien għal xi ħadd mejjet.

3U mur għand is-sultan u kellmu u għidlu hekk u hekk.” U Ġowab qiegħed il-kliem fuq fommha. kellha żewġt itfal, u ġġieldu fir-raba’, u ma kien hemm ħadd min iferraqhom, u wieħed darab lill-ieħor u qatlu.

7U, ara, issa l-familja qamet kollha kontra l-qaddejja tiegħek u qaluli: ‘Agħtina l-qattiel ta’ ħuh, ħalli noqtluh u nitħallsu minnu tal-ħajja ta’ ħuh, li hu qatel,’ u hekk jeqirdu l-werriet ukoll u l-ġamra ħajja li baqagħli, u ma jħallux lil żewġi la isem u lanqas nisel fuq wiċċ l-art.”

8U s-sultan wieġeb lill-mara: “Mur f’darek, u naħseb jien għalik.”

9Imma l-mara minn Tekugħa wieġbet lis-sultan: “Fuqi l-ħtija, u fuq dar missieri, sidi s-sultan, u bla ħtija jkunu s-sultan u t-tron tiegħu!”

10U s-sultan qalilha: “Min ikellmek, ġibu quddiemi, u ħadd ma għandu jħabbtek iżjed.”

11U l-mara wieġbet: “Ħa jsejjaħ is-sultan isem il-Mulej, Alla tiegħek, sabiex min għandu d-dritt tal-vendetta ma jżidx il-qerda, u ma joqtolx lil ibni.” U hu qalilha: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej! Ma taqax fl-art xagħra waħda minn ibnek!”

12U l-mara qaltlu: “Ħa żżid kelma waħda l-qaddejja tiegħek lil sidi s-sultan.” U hu qalilha: “Tkellem.”

13U l-mara qalet: “Għala, mela, ħsibt ħaġa bħal din kontra l-poplu ta’ Alla? Mela s-sultan qiegħed jikkundanna lilu nnifsu jekk ma jreġġax lura lil min biegħed minnu.

14Għax aħna mmutu żgur, u bħalma l-ilma mxerred fl-art ma jinġabarx, hekk Alla ma jroddx lura l-ħajja. Ħa jara jaħsibx xi ħaġa s-sultan biex ma jibqax imbiegħed dak li biegħed minnu.

18U s-sultan wieġeb u qal lill-mara: “La taħbili xejn milli se nistaqsik.” U wieġbet il-mara: “Ħa jitkellem sidi s-sultan.”

19U s-sultan staqsieha: “Jaqaw f’dan kollu hemm miegħek id Ġowab?” U l-mara wieġbet: “Fuq ħajtek, sidi s-sultan, ma hemm xejn iżjed, la lejn il-lemin lanqas lejn ix-xellug, minn dak li qal is-sultan! Iva, Ġowab il-qaddej tiegħek kien li ordnali dan, u hu stess qegħedli dan il-kliem kollu fuq fommi.

20Dan għamlu l-qaddej tiegħek Ġowab bl-għan li jdawwar din il-biċċa, u sidi hu għaqli biżżejjed b’għaqal ta’ anġlu ta’ Alla biex jifhem kulma jsir fuq l-art.”

21U s-sultan qal lil Ġowab: “Ara, mela, agħmel hekk: Mur ġib lura liż-żagħżugħ Absalom.”

22U Ġowab inxteħet wiċċu fl-art u qiem, u bierek lis-sultan u qal: “Illum il-qaddej tiegħek jaf li sibt grazzja quddiemek, sidi s-sultan, għax qagħad is-sultan għall-kelma tal-qaddej tiegħu.”

23U Ġowab qam u mar Gesur u ġieb lil Absalom Ġerusalemm.

24U s-sultan qal: “Ħa jmur f’daru, u ma jarax wiċċi.” U Absalom mar f’daru bla ma ra wiċċ is-sultan.

25Ma kienx hemm f’Iżrael kollu raġel ieħor sabiħ xi tfaħħar daqs Absalom; minn qiegħ riġlejh sal-quċċata ta’ rasu ma kien fih ebda għajb.

26Meta kien iqarweż rasu - u kien iqarwiżha għall-aħħar ta’ kull sena għax kienet ittaqqlu; għalhekk kien iqarwiżha - xagħar rasu kien jiżen mitejn xekel skont il-miżien tas-sultan.

27Lil Absalom twildulu tliet subien u tifla, li kien jisimha Tamar; u din kienet mara sabiħa ħafna fil-għajn.

28U kien ilu joqgħod Ġerusalemm sentejn sħaħ, u wiċċ is-sultan kien għadu ma rahx.

29U Absalom bagħat għal Ġowab biex jibagħtu għand is-sultan, u dan ma marx għandu; u raġa’ bagħat għalih għat-tieni darba, u raġa’ ma marx.

30U qal lill-qaddejja tiegħu: “Araw, l-għalqa ta’ Ġowab qiegħda ħdejn tiegħi, u fiha għandu x-xgħir. Morru u aħarquhulu.” U l-qaddejja ta’ Absalom taw in-nar lill-għalqa.

31U Ġowab qam u mar għand Absalom f’daru u qallu: “Għaliex il-qaddejja tiegħek taw in-nar lill-għalqa tiegħi?”

32U Absalom wieġbu: “Ara, bgħatt għalik biex ngħidlek: Ejja hawn ħa nibagħtek għand is-sultan biex tgħidlu: ‘Għalfejn ġejt minn Gesur? Kien ikun aħjar għalija li bqajt hemm!’ U issa ħa nara wiċċ is-sultan u jekk hemm xi ħtija fija, ħa joqtolni.’ ”

33U Ġowab mar għand is-sultan u għarrfu b’kollox. U s-sultan sejjaħ lil Absalom, u dan mar għand is-sultan u nxteħet wiċċu fl-art quddiem is-sultan, u s-sultan bies lil Absalom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help