1U Eliżew qallu: “Isimgħu l-kelma tal-Mulej: Hekk jgħid il-Mulej: ‘Għada bħalissa fil-bieb tas-Samarija, sea smid tkun tiswa xekel, u sàtejn xgħir xekel.’ ”
2U l-ajjutant, li fuq driegħu kien imwieżen is-sultan, wieġeb lill-bniedem ta’ Alla: “Tarax! Lanqas li kellu l-Mulej jiftaħ issa stess bwieb is-sema! Kif jista’ jkun dan?” U Eliżew wieġbu, “Dan tarah b’għajnejk, imma minnu ma tikolx.”
3Kien hemm erbgħa min-nies lebbrużi fid-daħla ta’ bieb il-belt, u bdew jgħidu lil xulxin: “X’aħna nagħmlu hawn sa ma mmutu?2 Slat 19,35-36.
Lev 13,46.4Jekk ngħidu: ‘Ħa nidħlu fil-belt’, hemm il-ġuħ u mmutu hemm; u jekk nibqgħu hawn, immutu l-istess; mela issa ħa mmorru, u nidħlu fil-kamp tal-Aramin. Jekk iħalluna ħajjin, ngħixu; jekk joqtluna, immutu.”
5U qamu filgħaxija biex imorru fil-kamp tal-Aramin; imma malli waslu f’tarf il-kamp tal-Aramin; ma kien hemm ħadd.
6Il-biċċa kienet, li l-Mulej kien samma’ lill-Aramin fil-kamp ħsejjes ta’ karrijiet ta’ żwiemel u ta’ eżerċtu kbir, u huma bdew jgħidu lil xulxin: “Ara, is-sultan ta’ Iżrael kera s-slaten tal-Ħittin, u s-slaten tal-Eġizzjani biex jiġu jaħbtu għalina.”2 Sam 5,24; 2 Slat 6,17; 19,35-36.
7U qamu u ħarbu filgħaxija, u ħallew it-tined tagħhom, u ż-żwiemel u l-ħmir tagħhom, u l-kamp kif kien, u ħarbu u ħasbu għal rashom.
8U dawk il-lebbrużi waslu f’tarf il-kamp, u daħlu f’waħda mit-tined; u kielu u xorbu; u ħadu minn hemm fidda u deheb u lbies, u marru ħbew kollox. Reġgħu lura u daħlu f’tinda oħra, u ħadu ħwejjeġ oħra, u marru ħbew kollox.
9Imbagħad qalu wieħed lill-ieħor: “Ma nagħmlux hekk! Dan il-jum hu jum ta’ bxara tajba, u aħna bqajna sektin. Jekk nistennew sa ma jisbaħ filgħodu, ikollna ħtija. Mela issa ħa mmorru nagħtu l-aħbar lil dar is-sultan.”
10U marru u sejħu lill-għases ta’ bieb il-belt, u tawhom l-aħbar, u qalulhom: “Dħalna fil-kamp tal-Aramin, u ma kien hemm ħadd fih; lanqas ħoss ta’ bniedem. Hemm biss żwiemel u ħmir marbutin, u tined kif kienu.”
11U l-għassiesa tal-bieb bdew jgħajtu, u wasslu l-aħbar fil-palazz tas-sultan.
12U s-sultan qam billejl u qal lill-qaddejja tiegħu: “Ħa ngħidilkom x’għamlulna l-Aramin. Jafu li aħna bil-ġuħ, u ħarġu mill-kamp biex jinħbew fir-raba’, għax jgħidulek: ‘Issa joħorġu mill-belt, u naqbduhom ħajjin, u nidħlu fil-belt.’ ”
13U wieħed mill-qaddejja qallu: “Nieħdu ħames żwiemel milli baqa’ fil-belt - l-aktar jiġrilhom bħall-kotra ta’ Iżrael, li għoddha ntemmet - u nibagħtu naraw.”
14U ħadu żewġ karrijiet biż-żwiemel, u s-sultan bagħathom għal wara l-eżerċtu ta’ Aram u qalilhom: “Morru araw.”
15U baqgħu sejrin warajhom sal-Ġordan, u raw it-triq kollha miżgħuda b’ilbies u ħwejjeġ oħra, li ħallew warajhom l-Aramin bl-għaġla li kellhom. U l-messaġġiera reġgħu lura u għarrfu b’dan lis-sultan.
16U l-poplu ħareġ, u ħatfu kulma sabu fil-kamp tal-Aramin; u sea smid saret tiswa xekel, u sàtejn xgħir xekel, skont ma kien qal il-Mulej.
17Is-sultan kien qiegħed għassa fil-bieb lill-ajjutant tiegħu, li fuq driegħu kien jitwieżen; u l-poplu lil dan għaffġu fil-bieb, u miet, skont ma kien qal il-bniedem ta’ Alla meta s-sultan kien niżel għandu.
18Għax meta l-bniedem ta’ Alla kien kellem lis-sultan u qallu: ‘Għada bħal issa fil-bieb ta’ Samarija sea smid tkun tiswa xekel, u sàtejn xgħir xekel,’
19l-ajjutant wieġeb lill-bniedem ta’ Alla u qal: “Tarax! Lanqas li kellu l-Mulej jiftaħ issa stess bwieb is-sema! Kif jista’ jkun dan?”
20U hekk ġralu; u l-poplu għaffġu fil-bieb, u miet.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.