TOBIT 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10L-inkwiet ta’ omm Tobija u missieru

1Tobit minn jum għal ieħor kien jgħodd il-ġranet; kemm kellu jdum ibnu biex imur u kemm biex jerġa’ lura. Meta għadda żmien biżżejjed, u ibnu ma deherx,

6“Iskot!” beda jgħidilha Tobit, “taħseb xejn, oħti, it-tifel qawwi u sħiħ. Żgur li nqalgħetilhom xi ħaġa li żammithom hemm. Il-bniedem li mar miegħu hu bniedem ta’ fiduċja u wieħed minn qrabatna. Tagħmilx f’qalbek għalih, oħti, dalwaqt ikun hawn.”

7“Iskot u ħallini,” qaltlu, “u tidħakx bija. Ibni spiċċa!” Ta’ kuljum kienet toħroġ tiġġerra fit-triq li minnha kien telaq binha, tħares ’l hemm u ’l hawn, u ma kienet tisma’ minn ħadd; u meta kienet tinżel ix-xemx, kienet tidħol u taqbad tibki, u titniehed il-lejl kollu bla ma torqod.Tobija lura d-dar

8U meta għaddew l-erbatax-il ġurnata tal-festa tat-tieġ, li Ragħwel kien ħalef li jagħmel lil bintu, resaq fuqu Tobija u qallu: “Ħallini mmur, għax naf li missieri u ommi jaqtgħu qalbhom li għadd qatt jarawni. Għalhekk nitolbok, missier, ħallini nitlaq, u mmur għand missieri. Diġà għarraftek fiex ħallejtu.”

9Ragħwel wieġeb lil Tobija: “Ibqa’ hawn, ibni, ibqa’ miegħi, u jien nibgħat messaġġier għand missierek Tobit, u jgħarrfu kif tinsab.” “Ma jkun qatt,” wieġbu Tobija, “nitolbok, ħallini nitlaq minn hawn għal għand missieri.”

10Ragħwel qam u ta lil Tobija, lil martu Sara, nofs il-ġid li kellu: qaddejja, irġiel u nisa, baqar u nagħaġ, ħmir u iġmla, ilbies, flus u tagħmir.

14U Tobija telaq mingħand Ragħwel, qawwi u sħiħ, ferħan u jbierek lis-Sid tas-smewwiet u l-art, is-sultan fuq kulħadd, li tah ir-risq fi triqtu. U Ragħwel qallu: “Jalla jkollok il-ġid biex tgħin lill-ġenituri tiegħek il-jiem kollha ta’ ħajjithom.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help