2 SAMWEL 24 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 24Iċ-ċensiment

1U l-Mulej raġa’ għadab għal Iżrael u xewwex lil David kontrihom u qallu: “Mur, għodd lil Iżrael u lil Ġuda.”

2U s-sultan qal lil Ġowab u ’l-kmandanti tal-eżerċtu li kienu miegħu: “Morru duru mat-tribujiet kollha ta’ Iżrael, minn Dan sa Birsaba, u għoddu l-poplu, biex jien inkun naf l-għadd tal-poplu.”

3U Ġowab qal lis-sultan: “Ħa jkattar il-Mulej, Alla tiegħek, il-poplu mitt darba daqs li huma, u ħa jarawhom għajnejn is-sultan sidi! Imma għalfejn sidi s-sultan jixtieq jagħmel dan?”

4Imma l-kelma tas-sultan għelbet lil Ġowab u l-kmandanti tal-eżerċtu. U ħarġu, Ġowab u l-kmandanti tal-eżerċtu, minn quddiem is-sultan biex jgħoddu l-poplu ta’ Iżrael.

5Qasmu l-Ġordan, u bdew minn Għarogħer u mill-belt li tinsab f’nofs il-wied, u minn hemm baqgħu sejrin lejn Gad sa Ġagħżer.

6Imbagħad waslu f’Gilgħad u fl-inħawi ta’ taħt il-Ħermon. Baqgħu sejrin sa Dan u minn Dan daru lejn Sidon.

7Ġew fil-fortizza ta’ Tir, u fl-ibliet kollha tal-Ħiwwin, u tal-Kangħanin sa ma waslu fin-Negeb ta’ Ġuda f’Birsaba.

8U daru l-pajjiż kollu, u wara disa’ xhur u għoxrin ġurnata waslu Ġerusalemm.

9U Ġowab ta lis-sultan l-għadd taċ-ċensiment tal-poplu, li kien ilaħħaq għal Iżrael tmien mitt elf raġel kapaċi jislet ix-xabla; u għal Ġuda ħames mitt elf raġel.

10Iżda wara ċ-ċensiment tal-poplu David ħass qalbu ttaqtaq, u qal lill-Mulej: “Dnibt bil-kbir b’li għamilt; issa, Mulej, neħħi nitolbok, dan il-ħażen tal-qaddej tiegħek, għax tbellaht bil-bosta.”

11Xħin David qam filgħodu, il-Mulej kellem lil Gad il-profeta, il-veġġent ta’ David, u qallu: fuq l-art? Jew taħrab għal tliet xhur minn quddiem l-għadu tiegħek hu u jiġri warajk? Jonkella li jkun hemm tlitt ijiem pesta f’pajjiżek? Issa aħsibha u għidli x’għandi nwieġeb lil min bagħatni.”

14U David wieġeb lil Gad: “Inħossni f’diqa kbira: Ħalli naqa’ f’id il-Mulej, għax kbira l-ħniena tiegħu; imma ma rridx naqa’ f’idejn il-bnedmin!”

15U l-Mulej bagħat il-pesta f’Iżrael, minn filgħodu sal-ħin miftiehem, u mietu mill-poplu - minn Dan sa Birsaba - sebgħin elf ruħ.

16Meta l-anġlu kien sejjer imidd idu għal fuq Ġerusalemm biex jeqridha, il-Mulej sogħob bih mid-deni, u qal lill-anġlu li kien qiegħed jagħmel ħerba mill-poplu: “Biżżejjed! Żomm idek.” Dak il-ħin l-anġlu tal-Mulej kien ħdejn il-qiegħa ta’ Arawna, il-Ġebusi.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help