NUMRI 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Il-festa tal-Għid fis-Sinaj

1Fit-tieni sena mill-ħruġ tagħhom mill-Eġittu, fl-ewwel xahar, kellem il-Mulej lil Mosè fid-deżert tas-Sinaj u qallu:Is-sħaba tan-nar

15Dak in-nhar li waqqfu t-tabernaklu, sħaba ksiet it-tinda tax-xhieda miktuba, u filgħaxija waqfet fuq it-tinda qisha nar sa filgħodu.Eż 13,22; 40,34-38.

16U kienet dejjem hekk: binhar kienet tgħattiha sħaba, u billejl kienet tidher bħan-nar.

17Kull meta s-sħaba kienet togħla minn fuq it-tinda, minnufih ulied Iżrael kienu jitilqu, u fejn kienet isserraħ is-sħaba, hemm kienu jieqfu wlied Iżrael.Għerf 18,3.

18Ulied Iżrael, mela, kienu jimxu meta jordnalhom il-Mulej, u jieqfu meta jgħidilhom il-Mulej. U kemm kienet iddum wieqfa s-sħaba fuq it-tinda, daqshekk ieħor kienu jdumu wieqfa.1 Kor 10,1.

19Sakemm is-sħaba kienet iddum fuq it-tinda, ulied Iżrael kienu jħarsu l-liġi tal-Mulej, u ma jiċċaqilqux.

20Ġieli s-sħaba kienet iddum fuq it-tinda għal ftit jiem; skont ma kien jgħidilhom il-Mulej kienu jieqfu, u skont ma kien jordnalhom il-Mulej kienu jimxu.

21Ximindaqqiet kien jiġri li s-sħaba kienet iddum wieqfa minn filgħaxija sa filgħodu; kienet togħla filgħodu, u huma kienu jiċċaqilqu; jew inkella ġieli kienet tieqaf jum u lejl, imbagħad kienet terġa’ togħla, u huma kienu jiċċaqilqu.

22Imqar jekk is-sħaba kienet iddum wieqfa fuq it-tinda jumejn, xahar, jew sena, kienu jieqfu wkoll ulied Iżrael, u ma kinux jiċċaqilqu; imma meta kienet tintrefa’ kienu jitilqu.

23Għall-kelma tal-Mulej kienu jieqfu, u għall-kelma tiegħu kienu jiċċaqilqu; kienu jħarsu t-twissijiet tal-Mulej li kien jagħtihom permezz ta’ Mosè.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help