1Wara dan smajt bħal leħen qawwi ta’ kotra kbira fis-sema jgħidu:
“Hallelujah!
Is-Salvazzjoni u l-glorja u l-qawwa ta’ Alla tagħna,
2għax veri u ġusti huma l-ġudizzji tiegħu;
għax għamel ħaqq miż-Żienja l-Kbira,
dik li ħassret l-art biż-żina tagħha,
u tħallas minnha
tad-demm tal-qaddejja tiegħu.”
3U reġgħu qalu:
“Hallelujah!
Iva, id-duħħan tagħha tiela’
għal dejjem ta’ dejjem.”
4U l-erbgħa u għoxrin Xiħ u l-erba’ Ħlejjaq Ħajjin inxteħtu jagħtu qima lil Alla li qiegħed fuq it-tron, u qalu:
“Ammen! Hallelujah!”It-tieġ tal-Ħaruf
5U ġie leħen mit-tron jgħid:
“Faħħru lil Alla tagħna,
qaddejja tiegħu kollha,
u intom li tibżgħu minnu,
kemm żgħar u kemm kbar.”
6U smajt bħal leħen ta’ kotra kbira u bħal ħoss ta’ ilmijiet kotrana u bħal tkarwit ta’ ragħad qawwi, jgħidu:
“Hallelujah!
Għax ħa s-saltna l-Mulej,
Alla tagħna li jista’ kollox.
7Nifirħu u nithennew
u nagħtuh glorja,
għax wasal it-tieġ tal-Ħaruf,
u l-Għarusa tiegħu ħejjiet ruħha,
8u lilha ngħata li tilbes
għażel fin jgħammex l-għajnejn -
għax l-għażel fin ifisser l-għemejjel
tajba tal-qaddisin.”
9Imbagħad qalli: “Ikteb: Hienja dawk li kienu mistiedna għall-mejda tat-tieġ tal-Ħaruf.” Qalli: “Dan hu kliem tassew ta’ Alla.”Ir-Rikkieb fuq żiemel abjad
11Imbagħad rajt is-sema miftuħ, u kien hemm żiemel abjad! Dak li kien riekeb fuqu jissejjaħ Fidil u Veru; bil-ġustizzja hu jaqta’ l-ħaqq u jagħmel il-gwerra.
17U rajt wieħed anġlu wieqaf fuq ix-xemx, u qabad jgħajjat b’leħen qawwi u jgħid lit-tjur kollha li jittajru fl-għoli tas-smewwiet: “Ejjew, inġabru flimkien għall-mejda l-kbira ta’ Alla.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.