LEVITIKU Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb tal-Levitiku jispjegalna kif il-Mulej kompla jagħti l-liġijiet u l-istruzzjonijiet lil Mosè. L-isem tal-ktieb għandu x’jaqsam mal-kelma “Levita” li tfisser “persuna mit-tribù ta’ Levi”.Il-Leviti kellhom ikunu qaddejja speċjali fit-Tinda Mqaddsa, għalhekk il-qassisin kellhom ikunu minn waħda mill-familji li kienu jagħmlu parti mit-tribù ta’ Levi. Ħafna mill-ktieb hu ddedikat għar-responsabbiltajiet tal-qassisin u Leviti oħra. Fost oħrajn juri kif kellhom isiru s-sagrifiċċji, x’kellhom ikunu l-offerti lil Alla, u kif isiru l-festi reliġjużi. Insibu wkoll tagħrif dwar x’annimali setgħu jittieklu, xi drappijiet jintużaw għall-ħwejjeġ, u x’għajnuna kellhom jirċievu l-foqra.Il-biċċa l-kbira tal-ktieb titkellem dwar il-liġijiet, imma fih ukoll xi stejjer ta’ meta membri tal-poplu jew qassisin, marru kontra r-rieda ta’ Alla. Alla malajr ikkastiga lil min naqas mill-ubbidjenza, imma wkoll wiegħed lil dawk li jobduh:“U nitlajja f’nofskom u nkun Alla tagħkom, u intom tkunu l-poplu tiegħi. Jien Alla tagħkom li ħriġtkom mill-art tal-Eġittu, biex ma tkunux ilsiera tagħhom, u kissirt l-irbit tal-madmad tagħkom u mexxejtkom b’raskom merfugħa (26,12-13).”It-taqsim tal-ktiebLiġijiet dwar offerti u sagrifiċċji (1,1—7,38)Il-ħatra ta’ Aron u wliedu bħala qassisin (8,1—10,20)Liġijiet dwar l-indafa ritwali (11,1—15,33)Jum it-Tpattija (16,1-34)Liġijiet dwar il-qdusija fil-ħajja u fil-liturġija (17,1—27,34)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help