ĠUDITTA 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16

1“Għannu bit-tnabar lil Alla;

għannu biċ-ċimbali lill-Mulej;

insġulu salmi u innijiet;

faħħruh u sejħu ismu.

2“Il-Mulej hu Alla li jeqred il-gwerer; waqqaf il-kamp f’nofs il-poplu tiegħu, ħelisni minn idejn dawk li kienu jiġru warajja.

3“Niżel l-Assir mill-għoljiet

tat-Tramuntana;

Niżel bl-eluf tal-eżerċti tiegħu;

il-kotra tiegħu mliet il-widien,

u ż-żwiemel ksew l-għoljiet.

4“Qal li jrid jaħraq l-art tiegħi,

jinfed iż-żgħażagħ bis-sejf,

isabbat it-trabi mal-art,

jitlaq it-tfal għall-priża,

u xbejbiet tiegħi għaż-żebliħ.

5Iżda l-Mulej li jista’ kollox,

bi driegħ mara ġiebhom fix-xejn.

6Mhux bis-saħħa taż-żgħażagħ

waqa’ l-qalbieni tagħhom;

ma għelbuhx il-ġganti l-kbar,

ma ħakmuhx ulied il-ġorfijiet;

imma b’seħer ġmiel wiċċha qerditu

Ġuditta bint Merari.

7“Neħħiet minn fuqha lbies ir-romol,

biex terfa’ l-magħkusa ta’ Iżrael.

Dilket wiċċha bil-fwieħa qawwija;

8dawret xagħrha b’faxxa ma’ rasha;

libset l-għażel biex tqarraq bih.

9“Is-sandli tagħha seraqlu għajnejh;

il-ġmiel tagħha jassarlu qalbu;

ix-xabla ħanxritlu għonqu.

10“Il-Persjani triegħdu bis-sogru tagħha,

u bi qlubitha tkexkxu l-Medi.

11“Għajtu l-magħkusin u l-għadu beża’;

għajtu d-dgħajfin, u l-għadu twerwer;

għollew leħinhom, u l-għadu ħarab!

12“Ulied l-ilsiera bniet nifduhom;

u ferewhom qishom ilsiera maħrubin;

intemmu fix-xejn quddiem l-eżerċtu tal-Mulej.

13Għanja ġdida jien ngħanni lil Alla tiegħi;

Mulej, int kbir u glorjuż;

tal-għaġeb il-qawwa tiegħek

ma jegħlbek ħadd!

14“Ħa jaqduk il-ħlejjaq kollha,

għax int għedt kelma, u kollox sar.

Int bgħatt l-ispirtu tiegħek u ħalaqhom;

m’hemm xejn li jieqaf lill-kelma tiegħek.

15“Il-muntanji u l-ibħra jitheżżu mis-sisien;

u l-blat quddiemek jinħall bħax-xama’;

iżda għal dawk li jibżgħu minnek;

m’għandekx ħlief ħniena.

16“Ftit jiswa s-sagrifiċċju jfuħ quddiemek;

u ftit li xejn hu x-xaħam tal-vittmi maħruqa;

imma kbir hu għal dejjem min jibża’ mill-Mulej.

17“Ħażin għall-ġnus li jqumu għall-poplu tiegħek.

Iħallashom il-Mulej setgħani f’jum il-ħaqq.

Nar u dud jibgħat f’laħamhom,

u bl-uġigħ għal dejjem jibqgħu jibku.”

Radd il-ħajr

18Meta mbagħad waslu Ġerusalemm, marru jaduraw lil Alla; u malli l-poplu tnaddaf, offrew is-sagrifiċċji, l-offerti u d-doni tagħhom., u għal ħafna żmien wara mewtha, ma kien hemm ħadd li seta’ jbażża’ lill-poplu ta’ Iżrael.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help