2 SLATEN 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Ġeħu u wlied Aħab

1Aħab kellu sebgħin tifel f’Samarija. U Ġeħu kiteb ittra u bagħatha s-Samarija lill-kapijiet ta’ Iżrael, lill-anzjani u lil dawk li kienu jrabbu t-tfal ta’ Aħab, u qalilhom:

12Imbagħad qam u mar is-Samarija. Hu u sejjer wasal f’Bet-għeqed tar-rgħajja.

16Imbagħad qallu: “Ejja miegħi, u tara l-ħeġġa tiegħi għall-Mulej.” U rikkbu fuq il-karru tiegħu.

17U wasal is-Samarija u qatel lil dawk kollha li kien għad fadal f’Samarija minn dar Aħab, sa ma qeridha għalkollox, skont il-kelma tal-Mulej, li kien qal lil Elija.

18U Ġeħu laqqa’ l-poplu kollu u qalilhom: “Aħab ftit weġġaħ lil Bagħal: Ġeħu jweġġħu ħafna aktar minnu.1 Slat 16,30-32.

19Mela issa sejħuli lill-profeti kollha ta’ Bagħal, u d-devoti kollha tiegħu, u l-qassisin kollha tiegħu - ma għandu jonqos ħadd - għax irrid noffri sagrifiċċju kbir f’ġieħ Bagħal. Min jonqos, ma jibqax ħaj.” U Ġeħu għamel dan bil-ħażen ta’ moħħu biex jeqred il-qaddejja ta’ Bagħal.

20U Ġeħu qal: “Niedu laqgħa kbira f’ġieħ Bagħal.” U niduha.

21U Ġeħu bagħat messaġġiera ma’ Iżrael kollu, u ġew il-qaddejja kollha ta’ Bagħal, u ma kienx baqa’ hemm wieħed li ma ġiex; u waslu fit-tempju ta’ Bagħal, u mlewh minn tarf sa tarf.

22U Ġeħu qal lis-suprentendent tal-ilbies: “Oħroġ l-ilbiesi għall-qaddejja kollha ta’ Bagħal.” U ħarġilhom l-ilbies.1 Slat 16,32.

23U Ġeħu u Ġeħonadab bin Rekab ġew fit-tempju ta’ Bagħal, u qalu lill-qaddejja ta’ Bagħal: “Fittxu u araw li ma jkunx hemm magħkom xi ħadd mill-qaddejja tal-Mulej; qisu li jkun hemm biss il-qaddejja ta’ Bagħal.”

24U ġew biex joffru vittmi u sagrifiċċji tal-ħruq. Ġeħu ħalla tmenin raġel barra, u qalilhom: “Min iħalli jaħrab lil xi ħadd minn dawk li jien se nħalli f’idejkom, iħallas b’ħajtu.”

25Ġara li, malli temm is-sagrifiċċju tal-ħruq, Ġeħu qal lill-gwardji u lill-fizzjali: “Morru u oqtluhom. Tħallu lil ħadd jaħrab.” U għaddewhom minn xifer ix-xabla. Imbagħad il-gwardji u l-fizzjali ħarġuhom ’il barra, u huma daħlu fis-santwarju tat-tempju ta’ Bagħal.

26U ħarġu minn hemm ix-xbieha tal-Asera li kien hemm fit-tempju ta’ Bagħal u ħarquha.

27Qerdu wkoll il-plier ta’ Bagħal, u ħattew it-tempju ta’ Bagħal, u għamlu floku latrina li għadha hemm sal-lum.

Is-saltna ta’ Ġeħu

28Ġeħu qered ’il Bagħal minn Iżrael.

29Iżda Ġeħu ma warrabx mid-dnubiet li Ġerobogħam bin Nebat ġiegħel lil Iżrael jagħmlu, jiġifieri, l-għoġol tad-deheb li kien hemm f’Betel u f’Dan.1 Slat 12,28-29.

30U l-Mulej qal lil Ġeħu: “Talli għamilt sewwa dak li jogħġobni, u għamilt lid-dar ta’ Aħab kulma kelli f’qalbi, uliedek joqogħdu fuq it-tron ta’ Iżrael sar-raba’ ġenerazzjoni.”1 Slat 15,12-14.

31Imma Ġeħu ma qiesx li jimxi b’qalbu kollha fuq il-liġi tal-Mulej, Alla ta’ Iżrael; ma warrabx mid-dnubiet li Ġerobogħam ġagħal jagħmlu ’l-Iżraelin.

32F’dawk il-jiem il-Mulej beda jnaqqas mill-fruntieri ta’ Iżrael, u Ħażajel beda jaħbat għal art Iżrael fil-medda kollha tagħha:Għam 1,3.

33in-naħa tal-Lvant tal-Ġordan, l-art kollha ta’ Gilgħad, tal-Gadin, tar-Rubenin u tal-Manassin, minn Għarogħer, li taħbat ħdejn l-Arnon, sa Gilgħad u Basan.

34U l-bqija tal-ġrajja ta’ Ġeħu u kulma għamel, u kulma wettaq, kollha jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.

35U Ġeħu strieħ ma’ missirijietu, u difnuh f’Samarija; u saltan floku Ġeħowaħaż, ibnu.

36U ż-żmien li fih saltan Ġeħu fuq Iżrael f’Samarija kien ta’ tmienja u għoxrin sena.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help