2 SAMWEL 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Ir-rebħ fuq l-Għammonin u l-Aramin

1Ġara li wara dan miet is-sultan ta’ wlied Għammon, u daħal isaltan floku Ħanun, ibnu.

5U għarrfu lil David u bagħat lil min jilqagħhom, għaliex dawn l-irġiel ħassew ruħhom avviliti għall-aħħar. U s-sultan qalilhom: “Oqogħdu f’Ġeriko sakemm tikbrilkom il-leħja, imbagħad erġgħu lura.”

6Meta l-Għammonin raw li kisruha ma’ David, bagħtu jikru minn fost l-Aramin ta’ Bet-reħob u l-Aramin ta’ Soba għoxrin elf raġel fanterija, u elf oħra mingħand is-sultan ta’ Magħka; u tnax-il elf mill-poplu ta’ Tob.

7David sama’ b’dan u bagħat lil Ġowab u l-eżerċtu kollu bin-nies qalbiena.. U ġew Ħelam, bil-mexxej tagħhom Sobak, il-kmandant tal-eżerċtu ta’ Ħadad-għeżer, quddiemhom.

17David sar jaf b’dan u ġama’ lil Iżrael kollu, qasam il-Ġordan, u wasal sa Ħelam. L-Aramin tqassmu kontra David u ħabtu għalih.

18U l-Aramin ħarbu minn quddiem Iżrael u David qatel mill-Aramin seba’ mitt sewwieq tal-karrijiet u erbgħin elf rikkieb u darab ukoll lil Sobak, il-kmandant tal-eżerċtu, li baqa’ mejjet tal-post.

19U s-slaten, l-alleati ta’ Ħadad-għeżer, malli raw li tkissru quddiem Iżrael, għamlu l-paċi ma’ Iżrael u saru suġġetti għalihom. U l-Aramin beżgħu jibqgħu jgħinu iżjed lin-nies ta’ Għammon.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help