SALMI 36 - Maltese Bible with DC

Salm 36Il-ħażen tal-midneb u t-tjieba ta’ Alla

1Għall-mexxej tal-kor. Ta’ David, il-qaddej tal-Mulej.

2Il-ħażen ifesfes lill-ħażin f’qiegħ qalbu;

m’hemmx biża’ ta’ Alla quddiem għajnejh.

3Għax hu jiddandan bil-fehma tiegħu,

li Alla ma jsibx fih ħtija x’jistmell.

4Kliem fommu kollu qerq u gideb,

ma jimxix bil-għaqal, ma jagħmilx il-ġid.

5Fuq friexu jaħseb kif se jqarraq,

triq ħażina qabad, ma jwarrabx dak li hu ħażin.

6Mulej, sas-smewwiet tasal it-tjieba tiegħek,

sas-sħab il-fedeltà tiegħek.

7M’ogħla s-smewwiet il-ġustizzja tiegħek,

baħar bla qiegħ il-ħaqq tiegħek;

bnedmin u bhejjem int tgħinhom, Mulej!

8Kemm hi għażiża t-tjieba tiegħek, o Alla!

Għad-dell ta’ ġwenħajk jistkennu wlied il-bnedmin.

9Jixbgħu bil-ġid tad-dar tiegħek,

tisqihom ix-xmara tal-hena tiegħek.

10Għax għandek hemm l-għajn tal-ħajja,

fid-dawl tiegħek naraw id-dawl.

11Żomm it-tjieba tiegħek ma’ min jagħrfek,

il-ġustizzja tiegħek ma’ min hu qalbu safja.

12Ma jersaqx għal fuqi riġel il-kburi,

ma titfagħnix ’il barra id il-ħażin.

13Hemm waqgħu dawk li jagħmlu l-ħażen,

intefgħu ’l isfel u ma jistgħux iqumu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help